- Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions Wikipedija:Pjazza - Wikipedija

Wikipedija:Pjazza

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Il-pjazza tal-Wikipedija

Merħba fil-Pjazza tal-Wikipedija, fejn wieħed jista' jiltaqa' u jiddiskuti b'mod ċivili mal-Wikipedjani l-oħra. Hawn tista' ssaqsi mistoqsijiet, tagħmel osservazzjoni jew tgħaddi kummenti u suġġerimenti ġenerali. Jekk għandek xi kummenti jew osservazjoni fuq argument speċifiku, jekk jogħġbok uża l-paġna ta' diskussjoni ta' l-artiklu partikolari. Żomm ukoll f'moħħok li l-pjazza la hija forum u lanqas blogg, jiġifieri l-argumenti għandhom ikunu rigward il-Wikipedija u l-proġett in ġenerali.

Awditorju | Pjazza Arkimede | Pjazza Sportiva | Pjazza Kimika | Pjazza Vassalli | Pjazza Newton | Pjazza Kristofru Kolombu | Pjazza Temi Żammit | Pjazza Ippokrate | Pjazza Teknoloġija

Gwida għall-pjazez


Paġni ta' diskussjoni: Artikli | Users

Għid kelma magħna! Ikklikkja immodifika ħdejn is-sezzjoni li tixtieq, jew żid waħda ġdida. Tinsiex tiffirma billi tagħmel ~~~~

Arkivju tal-ġimgħa | Werrej ta' l-arkivji | FAQ | Għajnuna

 


Werrej

[editja] Terminoloġija Ġdida

Rigward il-verżjoni Maltija ta' email infakkar illi bl-Ingliż dik tfisser electronic mail li b'kelma b'kelma tikkorrispondi ma' posta elettronika li hija kemm korretta u kemm sensata lingwistikament. Indirizz Elettroniku jagħmel sens ukoll, indirizze onestament qisa xi żball ortografiku waqt li indirizzi-e xorta mhix traduzzjoni totalment korretta ta' email anke jekk tagħmel sens.

L-ideal, għalija almenu, hija posta elettronika u jekk trid tqassru kif inhi l-moda fuq l-internet allura l-aħjar tkun posta-e. Jien fil-fatt ilni xhur sħaħ ngħid u nikteb posta elettronika, indirizz elettroniku u indirizz tal-posta elettronika bħala alternattiva Maltija korretta ta' l-Ingliż electronic mail.

Nimmaġina li xi ħadd kapaċi jsib oġġezzjoni żbaljata għax posta elettronika hija identika għal posta elettronica bit-Taljan, nfakkar lil kulħadd illi kemm posta u kemm elettronika huma vokaboli Maltin li jintużaw ta' spiss.

Edric Micallef Figallo 21:39, 25 Marzu 2006 (UTC)

Ferdinand, qed ninnota li int wkoll ġejt f'dubju rigward users/utenti. Kont staqsejt lil WIkipedjani l-oħra għal naqra parir imma ma rrispondewnix. Int x'taħseb li għandna nużaw? Saħħa --Roderick Mallia 07:56, 17 Settembru 2005 (UTC)

Skużani ma ttendejtx qabel b'dal-messaġġ li indirizzajtli. Fil-manwal il-ġdid tal-liċenzja tas-sewqan rajt kemmildarba miktub utent. Jekk se nużaw user minflok, jeħtieġ li niktbuha jużer (ma tinkitibx *juwżer bil-w għaliex dik l-u bil-ħoss ta' w hija bħall-u f'lura, bebbux, mur eċċ.). Ma tantx naqbel li għandna ndaħħlu jużer (għallinqas għalissa) għaliex in-nies donnha tużaha biss f'kuntest marbut mal-kompjuter speċjalment fil-kelma username. Jien ta' l-idea li ladarba s-softwer tal-kompjuters jinqaleb għall-Malti u lin-nies tingħatalhom forma li mhix transliteration tal-kliem Ingliż, tidrahom malajr u tibda tużahom fid-diskors ta' kuljum.

Ikun tassew (skużawni tal-kelma) tat-tqalligħ kieku l-kompjuter bil-Malti kellu jkun kompletament transliterated - issejvja, iddilitja, ippestja, immerġja, imejl u l-bqija. Jien kuntent tassew li fil-Wikipedija ppruvajtu toħolqu terminoloġija ġdida bħal anteprima flok mortu għal privju... Li ma tantx iddoqqli hija l-kelma salva f'Salva l-Paġna. Jien tal-fehma li mmorru għal kliem "eħfef", użat minn kulħadd, kuljum bħal Żomm il-Paġna jew Erfa' l-Paġna minflok. --Ferdinand 18:27, 20 Settembru 2005 (UTC)


Dawn l-aħħar żewġ proposti huma pjuttost interessanti! Erfa' l-paġna kienet ġietni f'moħħi... għalkemm Żomm il-Paġna tinstema' aħjar...

"Ikun tassew (skużawni tal-kelma) tat-tqalligħ kieku l-kompjuter bil-Malti kellu jkun kompletament transliterated"

Naqbel perfettament miegħek! F'dan il-qasam ta' l-informatika u l-kompjuters għandna noholqu l-kliem ġdid ahna u ghaliex le, inkunu kreattivi wkoll. Per eżempju minflok imejl (li hija pastażata fl-opinjoni tiegħi) nistgħu nużaw ittra-e (ittra elettronika; li lili togħġobni ħafna u infatti kont ser nimplimentaha fil-wiki, x'taħseb?) jew anki smajt mina juża ittre; għaliex le? Jekk għandek xi proposti kif nistgħu intejjbu d-dehra tal-Wiki tiddejjaq xejn tipproponihom. --Roderick Mallia 18:45, 20 Settembru 2005 (UTC)

PS. Rigward jużer / utent nippreferi bil-bosta ta' l-aħħar! Ma kontx naf li qed tintuża utent... nistgħu nibdew nużawha fil-Wiki wkoll. X'jaħsbu l-Wikipedjani l-oħra fuq din il-biċċa? Jien favur il-bidla u naħseb anki sieħbi Ferdinand. --Roderick Mallia 18:49, 20 Settembru 2005 (UTC)


Ok, Roderick, jekk jiġuni xi ideat oħra nibgħat ngħidlek. Naf bi grupp ġmielu ta' nies (midħla tal-Malti, ovvjament) li jużaw ittre (nom femminil; pl. ittrejiet) għal e-mail u indirizze (nom maskil; pl. indirizzejiet) għal e-mail address. Dejjem nistgħu nużaw posta elettronika u indirizz tal-posta elettronika wkoll, imma twal wisq. Jien nuża ittre u indirizze kontinwament u naħseb li iktar ma nużawhom iktar jistgħu jaqbdu l-art, mhux hekk? Iktar u iktar jekk qegħdin nitkellmu fuq sit imponenti bħal dan. Hemm mod kif it-terminoloġija li tinħoloq f'dan is-sit tiġi organizzata b'xi mod? Hekk, anki min joħloq terminu hu u jikteb artiklu ġdid (jew jittraduċi) ikun jista' jikklassifikah f'din it-taqsima apposta. Din 'il quddiem taf isservi ta' bażi għal min jikkumpila dizzjunarju jew ikollu bżonn jara kif terminu jiġi tradott fil-Malti, għall-uniformità.--Ferdinand 19:04, 20 Settembru 2005 (UTC)


Grazzi ħafna. Jiena personalment nuża u nippreferi ittra-e / indirizz-e... imma ma nara xejn ħażin billi jkollna verżjoni oħra bħall-eżempji li semmejt int; anzi, tant aħjar. Jien naf bi grupp ta' nies (possiblment huma l-istess li qed tirreferi għalihom int) li juża ittre / indirizze u naf ukoll min juża l-verżjoni li nuża jien. Rigward terminoloġija: jeżisti glossarju ta' termini relatati mal-Wiki u xi frażijiet komunement użati f'dan is-sit. Dan il-glossarju ovvjament jiġi aġġornat meta jkun hemm xi termini ġodda. Jiġifieri jekk irridu nistgħu nużaw dan il-glossarju bħala bażi għall-vokabolarju ġdid u niżviluppawh flimkien. Tajjeb imma, li kull min joħroġ b'terminu ġdid jew xi suġġeriment ieħor, għandu jipproponih fil-Pjazza qabel jaqbad u jużah. B'hekk tkun tista' ssir diskussjoni u fori anki votazzjoni jekk ikun hemm suġġerimenti oħra. Il-Wikipedija hija bbażata fuq il-kunsens bejn il-Wikipedjani, għalhekk huwa xieraq li kull kambjament jiġi diskuss minn kulħadd.
Nota: Intant mexxejt din id-diskussjoni fil-Pjazza --Roderick Mallia 20:49, 20 Settembru 2005 (UTC)

Tajjeb wisq. Meta jitfassal terminu ġdid irridu natu kas mhux biss kemm huwa traduzzjoni xierqa ta' kif kien fil-lingwa mnejn inġibuh. Irridu qabelxejn nisħqu fuq kemm jista' jsib ruħu fil-ponta ta' lsien in-nies, insomma kemm ikun faċli li tgħidu. Dan japplika aktar u aktar għal terminu bħal e-mail li jintuża ta' kuljum minn parti ġmielha mill-popolazzjoni. Meta lill-poplu tagħtih aktar minn verżjoni waħda ta' l-istess terminu, tkun qiegħed tfixkel it-terminu milli jrabbi għeruq sodi. Huwa għalhekk li nissuġġerixxi uniformità. Ittre hija bil-wisq eħfef biex tlissinha minn ittra-e. Ma jidhirlix li għandna nenfasizzaw suffiss tat-tip -e u għalhekk nissuġġerixxi sempliċiment indirizze aktar milli indirizz-e. Ma naqbilx li għandu jkollna 2 (jew aktar) varjanti ta' e-mail. Biż-żmien aktarx li l-ebda ma taqbad u nispiċċaw b'imejl. Nittama li nikkonvinċik li mmorru għall-eħfef u nużaw ittre u indirizze --Ferdinand 07:10, 21 Settembru 2005 (UTC)

Naħseb dik hija ħaġa li la jien u lanqas int ma nistgħu niddettaw. L-iktar li nistgħu nagħmlu huwa li nipproponu ż-żewġ verżjonijiet u naraw in-nies liem tippreferi. Pesonalment ma nara xejn ħażin li jkollok żewġ verżjonijiet ta' kelma waħda għalkemm nifhem il-punti tiegħek ukoll. Iżda jista' jagħti l-każ ukoll li l-poplu jaddotahom it-tnejn u jiddeċiedi li juża waħda iktar mill-oħra... għaliex le? Per eżempju ġieli ninnota li fl-Ingliż: email għandha verżjonijiet differenti bħal e-mail u email, li huwa pjuttost simili għall-każ tagħna, ittra-e u ittre (electronic mail tintuża wkoll għalkemm l-ewwel tnejn biss huma prevalenti fil-lingwaġġ kwotidjan; din hija verżjoni iktar formali). It-tnejn użati ħafna b'mod interkambjabbli u ma hemmx verżjoni waħda ppreferuta iktar mill-oħra. Personalment il-verżjoni li tipproponi int interessanti, imma l-plural tal-kliem ittrejiet u indirizzejiet ma jdrulix daqshekk. Nipreferi inbiddel vokali waħda biss ittri-e u indirizzi-e. Imma jekk fl-aħħar mill-aħħar ikun hawn min iħossu komdu juża l-verżjoni tiegħek għaliex le? Ma naħsibx li għandna għalfejn noħolqu kunflitti fejn ma jeżistux u noħonqu l-possibbiltà li jinħolqu verżjonijiet differenti ta' kelma, dejjem jekk in-nies iħossuhom komdi bihom. Veru trid taqta' linja x'imkien imma fl-istess ħin trid tagħtli naqra spazju lin-nies biex ikunu kreattivi u jesprimu ruħhom kif iħossuhom komdi (eħfef hija ħaġa suġġettiva ħafna). Nispera li rnexxieli nispjega l-punt tiegħi wkoll. Saħħa --Roderick Mallia 08:53, 21 Settembru 2005 (UTC) Fuq nota sekondarja: X'sar minnhom il-Wikipedjani l-oħra? Tajjeb li naraw naqra x'jaħsbu huma wkoll.


Niftakru x'taħseb in-nies hemm barra! Qatt ma smajtuhom igemgmu li l-Malti kulħadd jiktbu kif irid u kif jogħġbu; li ħadd ma jaf jiktbu sew; li lanqas il-kittieba ma jaqblu bejniethom? U sa ċertu punt għandhom raġun. Lanqas hemm qbil sħiħ fuq l-alfabet/alfabett (il-kelma nfisha mhix stabbli). Bir-rispett kollu, Roderick, minn ittre għal ittra-e u minn e-mail għal email mhemmx l-istess qabża! Li tneħħi sing hi komuni fl-Ingliż (ice-cream u co-ordinate tarahom bih u mingħajru)u ma taffettwax il-pronunzja tal-kelma. Hemm teorija li n-nies għandha tendenza tmur għall-kelma bl-inqas sillabi. Huwa għalhekk li jien ta' l-idea li ittre (bisillaba) għandha mnejn taqbad iktar minn ittra-e (trisillaba). Barraminhekk, ittra-e mhix armonika mal-fonoloġija tal-Malti - m'għandniex kliem jispiċċa bil-ħoss 'ae' u dik tagħmel differenza kbira. Issa tista' tfehemna fuq liema kriterju tippreferi dawk bis-suffiss -e (meta int stess semmejt li s-sing f'lingwi oħrajn tneħħa e-mail għal email)?

Xejn ma naqbel ma'

Ma naħsibx li għandna għalfejn noħolqu kunflitti fejn ma jeżistux u noħonqu l-possibbiltà li jinħolqu verżjonijiet differenti ta' kelma, dejjem jekk in-nies iħossuhom komdi bihom. Veru trid taqta' linja x'imkien imma fl-istess ħin trid tagħtli naqra spazju lin-nies biex ikunu kreattivi u jesprimu ruħhom kif iħossuhom komdi.

In-nies dejjem trid tnaqqas il-varjanti. Nismagħhom jistaqsu liem hi t-tajba tapiti jew twapet, bolol jew bolli, bandieri jew bnadar, daqslikieku jippreferu li jemmnu li hemm forma waħda biss, forsi għax huma lilha biss jużaw. Dażgur li la rrid nimponi kelma u wisq anqas innaqqas il-libertà tal-poplu. Anqas kieku rrid, kif nista'? Aħna qegħdin niddiskutu forma alternattiva (però xierqa u intelliġenti) li nistgħu nfasslu minflok it-trasletteralizzazzjoni imejl. --Ferdinand 09:21, 21 Settembru 2005 (UTC)


Iva sfortunatament nixba' nismagħhom dawn l-affarjiet mingħand in-nies. Għalkemm f'dak il-każ ta' plural sħiħ/miksur x'ser tagħmel? Tħallihom it-tnejn sakemm tistenna li waħda minnhom tmut mewta naturali jew taqbad u telimina waħda? U jekk iva, liem? Hija sitwazzjoni pjuttost antipatka naħseb. Jekk immorru għat-teorija tas-sillabi: "indirizzejiet" (6 sillabi) u "indirizzi-e" (5 sillabi). Liem ħa tippreferi? Xtaqt nippreċiża li metna nlissinha, "ittra-e" mhux qed nikkunsidraha strettament bħala kelma waħda iżda bħala tnejn: "it-tra-|-e". Allura il-ħoss ma jiġix eżattament 'ae' iżda ħoss ta'żewġ vokali separati. (Ma nafx spjegajtx ruħi sew). Fl-Ingliż is-sing baqa' u għadu jintuża - imma ovvjament jista' jitneħħa jekk ma jagħmilx differenza fil-pronunzja tal-kelma. Il-fatt li għandek is-sing jurik li dik il-kelma partikolari hija propjament magħmula minn żewġ kelmiet differenti; f'dan il-każ "electronic-mail" li tiġi eventwalment imqassra għall-"e-mail" (jew "email"). Il-prefiss f'dan il-każ huwa t-taqsira ta' "electronic". Issa, jekk naqilbu "e-mail" għall-Malti ġustament nispiċċaw b'"ittra-e" ("ittra-elettronika"). Il-problema tiġi li jekk inneħħu s-sing ovvjament nispiċċaw b'"ittrae" li kif għidt int tistona mal-fonoloġija Maltija; allura s-sing ikollu jibqa bilfors biex ma nispiċċawx f'dik is-sitwazzjoni. Minn naħa l-oħra kif naraha jien, "ittre" donnha ma turix eżatt l-oriġini tal-kelma, ċioè "ittra-elettronika". --Roderick Mallia 10:57, 21 Settembru 2005 (UTC)


  • Dwar il-kwistjoni tas-sillabi, nemmen li l-kelma tidħol qabelxejn fis-singular. Jiġifieri jekk ħa nieqfu fuq dil-kwistjoni, wieħed irid jgħodd is-sillabi tal-kelma fl-istat l-iktar 'naturali' tagħha, meta mhix mimsusa minn ebda tiswir morfoloġiku. Tagħżel liem tagħżel, jekk hix il-pronunzja It-tra-|-e li semmejt int jew dik kif qrajtha jien It-tra-e, xorta tibqa' kelma li tikser il-peterns tal-fonoloġija tal-Malti.
  • Dwar Issa, jekk naqilbu "e-mail" għall-Malti ġustament nispiċċaw b'"ittra-e" ("ittra-elettronika"). L-ewwelnett electronic mail maqluba letteralment f'ilsienna tiġi posta elettronika mhux ittra elettronika. Dak li ħareġ b'ittre l-ewwel darba ħabib tiegħi u l-għan tiegħu kien li jkun kreattiv bil-Malti billi jfassal kelma li hi ġdida daqskemm tixbah lil kelma li ġa teżisti fil-lingwa (b'hekk ikun faċli li jidraha kulħadd). U b'mod inġenjuż għażel il-kelma ittra u biddlilha l-aħħar ħoss għal "e" biex il-kelma tevoka l-mudell e+mail fl-Ingliż, imma tkun ftit jew wisq kreazzjoni lokali.
  • Dwar Il-fatt li għandek is-sing jurik li dik il-kelma partikolari hija propjament magħmula minn żewġ kelmiet differenti ma nistax nifhem xi trid tgħid! Trid tgħid li għax rievokazzjoni jew riabilitazzjoni jew rikreazzjoni jew internalizzazzjoni niktibhom mingħajr is-sing inkun qed innaqqrilhom mill-identità etimoloġika tagħhom?! --Ferdinand 13:31, 22 Settembru 2005 (UTC)

Forsi ma spjegajtx ruħi sew. Ridt ngħid li s-sing iktar jagħti l-idea li l-e hija parti minn kelma separata (kif fil-fatt hi). --Roderick Mallia 18:08, 22 Settembru 2005 (UTC)



Jekk tippermettuli nixtieq inressaq dan il-kumment fil-Pjazza

[editja] Ingliż mhux Anglosassonu

Preċiżazzjoni ċkejkna: Jekk jogħġobkom ejjew nużaw it-terminu Ingliż meta rridu nirreferu għal kliem misluf minn dil-lingwa eż. kompjuter hija kelma mnissla mill-Ingliż. Anglo-sassonu ma jfissirx l-istess bħal Ingliż; huwa terminu li jfisser "English prior to about 1100", "The English language from the middle of the 5th to the beginning of the 12th century" u s-sinonimu tiegħu hu "Old English". Is-self tagħna nagħmluh mill-ilsien użat f'dawn iż-żminijiet u mhux minn dak ta' eluf ta' snin ilu. Grazzi. --Ferdinand 11:49, 20 Settembru 2005 (UTC)

[editja] Spazju?

Ħbieb, għandi daqsxejn ta' dubju ċkejken li ma jridx iħallini bi kwieti. Forsi hawn xi ħadd jaf jagħtini risposta. Il-problema hi din. Meta nkunu qed niktbu per eżempju, f'idejk jew b'idejk (fuq il-kompjuter ovvjament), għandna nħallu spazju wara l-appostrofu (f' idejk u b' idejk)? Dan id-dubju daħalli wara li kont qed nuża dan. Saħħiet --Roderick Mallia 21:21, 22 Settembru 2005 (UTC)

[editja] Clean up / kliem barrani

In commenting on Talk:Edward Sapir I said, If we had a Cleanup process, I'd nominate this one. But also I thought, maybe we need a process for, Needs discussion of how to say this in Maltese! Then we could make field-studies a template, which would add that page to the category. Hmm. So example, you write on the page: {{en2mt|field-studies}} and it comes out as

[[Category talk:pages-that-need-english-to-maltese-word-fixing/field-studies|field-studies]]
[[Category:pages-that-need-english-to-maltese-word-fixing|field-studies]]

and then:

  • clicking on the field-studies takes you to a discussion page about that particular word
  • the page is added to a category of pages that need this fixing
  • it fires off an email to kelmet .. (ċajt biss..)
  • we probably want a separate tag if we want a banner announcing what's happening to the page - otherwise ther'e'd be a banner for each word!
OK, if anyone thinks this is interesting let me know and i'll prototype it.. any suggestions for the tag and category names? Srl | lblb 16:09, 5 Novembru 2005 (UTC)
update OK, please visit this page: Talk:Edward_Sapir and try it out... Srl | lblb 20:53, 5 Novembru 2005 (UTC)
Hi Steve, the Idea is in principle really cool - but I doubt this is the right solution. Why use m:Sub pages? Is there some advantage I'm missing . The problem here is however that you cant get a list of all Paġni b' mistoqsija dwar Terminoloġija to keep track (..and serve an atom feed for the kelmet guys ;o ). The the wikilink takes you back to the article and not to the phrase in question - not really productive. I was thinking of something similar before: I want to find a way of doing 2 things: 1)Annotating phrases in articles which I either would like to revise. These would be automatically "transcluded" in the talk page of that article, where I then could add my comments and others their followup. 2)Annotate phrases or words where I have difficulty in terminology and crosslink to Paġni b' mistoqsija dwar Terminoloġija index. I'll have to try this out on my own MW installation first --joelemaltais 17:18, 6 Jannar 2006 (UTC)
Puuh it seems I'm shaving the yak! I tried out something combining the <div id="what_to_link_to">text</div> with Talk:{{PAGENAME}} via a template but no luck. I then thought of automatically generating a section on an index page via a template - problem is the sections are referenced via id's:
[http://mt.wikipedia.org/w/index.php?title=Wikipedija_talk:{{PAGENAME}}&action=edit&section=1]

i.e. &section=1 which leads here: [1].

Even if I find a way of passing section i++ as a variable in the template - I just don't know how to write out the heading in that section. I'm taking a break.--joelemaltais User talk:Joelemaltais 18:20, 8 Jannar 2006 (UTC)

Followup - I'm thinking this over - Let's say I did find a way of hiding my annotations or markup in articles - I don't know how fair it would be to impose a productivity method I am cofortable with on others. If anybody is interested we could move the subject to his, her or my talk page.--joelemaltais User talk:Joelemaltais 17:06, 9 Jannar 2006 (UTC)

[editja] Pjazza ta' en:

Note: on en: there is now a Malta related topics notice board .. anyone who edits Malta related things on en: is encouraged to stop by.. Srl | lblb 06:42, 16 Novembru 2005 (UTC)

[editja] Kif bdiet il-lingwa

jien nixtieq naghdilek biex jekk tista taghmlu fuq l-gheruq tal-malti

grazzi User:217.15.96.18

Note: Please sign your comments with ~~~~ -.. Srl | lblb 19:03, 19 Novembru 2005 (UTC)

[editja] Redirects and disambiguation

Hi, I was wondering wheather for Temi Zammit you put an automatic redirect from Themistocles Zammit and Sir Temi Zammit or wheather you use a template saying ukoll magħruf bħala XXX? Are there conventions/templates for alternative names on this wiki? Joelemaltais / talk 00:15, 31 Diċembru 2005 (UTC)

not yet.. feel free to propose them! 216.27.178.44 17:50, 6 Jannar 2006 (UTC)
I thought about this - I would put a redirect there - however I think I'll start some sort of Għajnuna:Konvenzjonijiet page first. I somehow prefer that or Gwida ta' {l'i}stil to Standard --joelemaltais User talk:Joelemaltais 21:02, 6 Jannar 2006 (UTC)
I just found out that some sort of Conventions pages had already been started Għajnuna:Konvenzjonijiet ta' nomenklatura and Wikipedija:Politika u linji gwida. The former is not categorized at all and the latter is categorized as Politika uffiċjali tal-Wikipedija. The Categorization hierarchy for help-related pages is either broken or not very intuitive. Before messing further I think Rod could tell us his plan for merging and grouping that Info. cheers. jlm (cf. also Wikipedija:Pjazza#Registered_namespace_for_G.C4.A7ajnuna )

[editja] Interwiki Bot Status

Hi. I would like to get my interwiki bot YurikBot marked as a bot in your language. The bot is already operating in almost 50 languages, and it would lower the server load and improve the quality of articles if all interwikies are updated at the same time. You can read more or ask questions here. I always run the latest version of the Pywikipediabot (i am also one of the developers of this project). The request for the bot status is here. Please support. Thank you. --Yurik (en) 23:37, 5 Jannar 2006 (UTC)

[editja] Index of Pjazza Threads

Hi, personally I would consider it quite helpful to find a way of indexing all pjazza threads - maybe even other threads on talk pages of articles - and pipe the headings to an overview page somewhere. It would be even nicer to annotate or tag the threads: We have a bunch of issues on different topics spread all over the pjazza and talk pages of users and articles. I just vaguely remember that we had started talking about stuff and just cant find the threads any more - I think we all need some sort-by-tag template. It would make it much more easy & productive for me to catch up on topics of interest when coming back after long leave.

I'm not sure about the best way of modelling this. The problem with using the pjazez tematiċi is that you can't have overlapping subjects. An indexing solution would be a more powerful means of structuring - yet again here you can't categorize sections....x'tagħmel? any ideas out there? --joelemaltais [[User talk:Joelemaltais]] 20:56, 6 Jannar 2006 (UTC)

[editja] Registered namespace for Għajnuna

I just noticed, that the għajnuna is not a registered namespace, which is somewhat a nuisance because we can't perform a filtered search using Special:Prefixindex - apart from the fact that Għajnuna:' "articles" pollute the article count . Is there some reason why the help (namespace 12) wasn't localized? If there is, we could otherwise use custom namespaces:

$wgExtraNamespaces =
      array(100 => "Għajnuna", 
            101 => "Għajnuna_Talk");

probably the Għ will give us trouble ... I'm Java spoilt ;)) --joelemaltais User talk:Joelemaltais 22:34, 8 Jannar 2006 (UTC)

it looks good. I must try it on my other wiki.. 「ѕʀʟ·」 07:52, 7 Frar 2006 (UTC)


I'm not sure what consequences custom namspace has for wikipedia as a whole - optimal solution would be localizing 'Help'. Customizing the Quickbar/Navigation bar might suffice - but if you go for it the Custom Namspaces documentation is a bit cryptic but ... it's actually easy:

These are the changes to LocalSettings.php on one of my MW installations:

$wgNamespacesWithSubpages = array(
       NS_TALK           => true,
       NS_USER           => true,
       NS_USER_TALK      => true,
       NS_PROJECT_TALK   => true,
       NS_IMAGE_TALK     => true,
       NS_MEDIAWIKI_TALK => true,
       NS_TEMPLATE_TALK  => true,
       NS_HELP_TALK      => true,
       NS_CATEGORY_TALK  => true,
       100 => true,
       101 => true,
       102 => true,
       103 => true,
       104 => true,
       105 => true,
       106 => true,
       107 => true
);
$wgNamespacesToBeSearchedDefault = array(
       NS_MAIN           => true,
       100 => true,
       101 => true,
       102 => true,
       103 => true,
       104 => true,
       105 => true,
       106 => true,
       107 => true
);
$wgExtraNamespaces =
      array(100 => "Java",
            101 => "Java_Diskussion",
            102 => "HS",
            103 => "HS_Diskussion",
            104 => "Uebung",
            105 => "Uebung_Diskussion",
            106 => "CL",
            107 => "CL_Diskussion"
           );
#$wgExtraNamespaces = NULL;
?>

cheers and thanx jlm :))

[editja] Kif aħna ħbieb?

Kif aħna ħbieb wikipedjani? Nittama li tinsabu kollha tajbin. Skużawni jekk ili ma nidher imma kont wisq imħabbat bil-kors ta' l-Università. Xorta mhux ser inkun nista' nagħti wisq kontribuzzjonijiet imma nwiegħdkhom li mill-lum 'il quddiem ħa nibda nżur il-wiki 3 darbiet fil-ġimgħa (it-Tnejn, il-Ħamis u s-Sibt) u nerġa' nibda ngħinkhom fejn hemm bżonn minn lat ta' amministrazzjoni. Jiddispjaċini jekk ma kontx amministratur eżemplari f'dawn l-aħħar xhur - nitlobkhom taħfruli. Imma naħseb tafu daqsi kemm huwa faċli ssir dipendenti fuq il-wiki u bħalissa ma tantx nista' naħli ħin!

Insomma, jekk ikun hemm xi ħaġa urġenti nħeġġiġkhom tikkuntattjawni bil-posta elettronika fuq roderick.mallia@gmail.com

Inselli għalikhom,

--Roderick Mallia 19:48, 14 Marzu 2006 (UTC)

PS. Joe, il-kummenti tiegħek rajthom - issa la jkolli ċans nibda naħdem fuqhom.

m'hemx għaġla sieheb. Kumbinazzjoni illum għadilihi min moħħi hux kollox sew .. u hekk kelliex nibgħatlejk kelmtejn. Iżd' hekk il-ħsieb, min tant bogħod, laqgħana... Hawhekk... u allura kollox sew ;-)). Joe.

[editja] Kumment f'artiklu dwar il-lingwa - Rikjesta

Hawn taħt qed nipproduċi kumment li nkiteb fl-artiklu rigward il-lingwa Maltija. Iddeċidejt li nċaqalu hawn għax ma kienx per se vandaliżmu, iżda suġġeriment minn xi ħadd li probabbli għadu ma jafx juża l-wiki sew.

waqt li kont qeghda nfittex dwar Francis Ebejer innutajt li m'hemmx imnizzel minn fejn hu. Wara li komplejt infittex sibt li trabba Ħad-Dingli. Inkun grata hafna jekk izziduha. Grazzi

L-artiklu konċernat ġie aġġornat --Roderick Mallia 11:05, 18 Marzu 2006 (UTC)

[editja] Letteratura Kontemporanja Maltija

Qed inniedi bosta artikli qosra dwar kittieba kontempoanji Maltin. Nittama li nkun nista' nżid xi iktar informazzjoni, ritratti, kif ukoll stampi tal-qxur tal-kotba ppubblikati. --Roderick Mallia 16:04, 23 Marzu 2006 (UTC)

[editja] Artiklu enċikoplediku rigward Enrico Mizzi - Noffri ruħi volontarju

Lil min hu konċernat,

Noffri ruħi biex nikteb artiklu rigward Enrico Mizzi għal Wikipedija bil-Malti. Nemmen li kapaċi noffri materjal estensiv rigward il-persunaġġ speċjalment peress li għandi kuntatt ma' ibnu u bi ħsiebni nikteb ktieb fuq l-istess persunaġġ kemm jista' ikun malajr.

Nistenna minn għandkom.

Ciao, Ederico.

Edric Micallef Figallo 17:25, 25 Marzu 2006 (UTC)

Tajjeb wisq Edric! F'idejk. U proset ta' l-inizzjattiva. --Roderick Mallia 18:04, 25 Marzu 2006 (UTC)

Grazzi Roderick, għadni rrid nidra sew kif nuża s-sistema tal-Wikipedija, però kif naħseb li taf int kapaċi nirranġa.

Edric Micallef Figallo 18:08, 25 Marzu 2006 (UTC)

Għadni kif impostajt l-ewwel steżura/abbozz ta' l-artiklu in kwistjoni. Kif forsi jaf Roderick naf bosta fatti rigward il-persunaġġ li ħafna ma jafux u li oħrajn jgħawwġu għall-benefiċċju tagħhom. Impostajt l-artiklu kif inhu, iżda żgur li kapaċi nagħmlu aħjar, speċjalment meta jkolli l-kotba f'idejja u materjal ieħor.

Il-kollegament: http://mt.wikipedia.org/wiki/Enrico_Mizzi

Ciao gente, se nipprepara biex noħroġ,
Ederico.
Edric Micallef Figallo 20:16, 25 Marzu 2006 (UTC)

[editja] Ideoloġija

L-aħħar kontribut tiegħi:

http://mt.wikipedia.org/wiki/Ideolo%C4%A1ija

Edric Micallef Figallo 17:03, 26 Marzu 2006 (UTC)

[editja] Issa jkolli nħallikom għal żmien twil, però nirritorna żgur biex inkompli l-artiklu fuq Enrico Mizzi u aktar

Tort ta' l-eżamijiet dejjem resqin aktar viċin, se jkolli nillimita l-kontribut tiegħi f'dan il-proġett. Madanakollu se nkompli naħdem fuq l-artiklu rigward Enrico Mizzi f'kull mument disponibbli.

Ciao.

Edric Micallef Figallo 17:07, 26 Marzu 2006 (UTC)

[editja] Tibdil f'Monobook.css

Ma tantx naqbel mat-tibdil li sar f'monobook.css .. speċjalment it-tabs imdawwrin: Jekk l'utenti ma jkollhomx antialiasing attivat ma jarawx tidwira ratba iżda pixels imtarrġin. JLM.

Fhimtek. Iktar tard noqgħod nilgħab naqra mal-monobook. Filkas nerġa' nħallih kif kien qabel. Grazzi tal-kummenti Joe. --Roderick Mallia 11:55, 31 Marzu 2006 (UTC)

Hekk ahjar Joe? --Roderick Mallia 20:38, 31 Marzu 2006 (UTC)

Hawn Rod. Jien inħossni li hekk aħjar.. ;)) però ma nixtieqx nimponi ... jlm
M'hemmx imniex jlm. Jekk il-Wikipedjani jippreferuh hekk ukoll mhux problema. Fuq kollox, il-wiki hija enċiklopedija għan-nies u allura bi dritt li jiddeċiedu daqsxejn kif għandhom ikunu l-affarjiet. --Roderick Mallia 09:49, 8 April 2006 (UTC)

[editja] Template:Awdjo

Ġie mniedi it-template ta' l-awdjo. Dan huwa utli ħafna biex ninkludi fajls ta' awdjo u ħsejjes oħra f'artikli meta nkunu rridu nispjegaw xi affarjiet bħal ngħidu aħna, il-pronunċja ta' xi kelma partikolari. Iktar informazzjoni tinsab hawn --Roderick Mallia 09:49, 8 April 2006 (UTC)

[editja] Link għall-Pjazza

Għeżież Wikipedjani, fil-menù ta' navigazzjoni li hemm fuq ix-xellug, żidt link dirett għall-Pjazza biex b'hekk tkun iktar faċli li tħallu messaġġ jekk tkunu tixtiequ tagħmlu dan.

Nilqa' iktar suġġerimenti u/jew kummenti dwar l-interfaċċa. Ftakru li din hija l-Wikipedija tagħna lkoll u għaldaqstant tajjeb li l-interfaċċa u l-istruttura ta' l-enċiklopedija jkunu għall-qalb kulħadd. Tislijiet --Roderick Mallia 19:57, 10 April 2006 (UTC)

[editja] Artikli ġodda li ma jitkomplux

Ghandnha madwar 40 Artiklu li inbdew minn user anonimu 219.254.0.68 (ftit minnhom ma jagħmlux sens) kollha fuq prodotti Korejani. Il-User ma jirrspondix għall diskussjoni. Jien nikkunsidrhom bħala metodu għall promozzjoni ta' interessi personali u kummerċjali mhux ta' Informazzjoni lill komunità. Ċar li dan huwa suspett biss - midnaqshekk naħseb li hemm regoli ċari għall stubs li ma jitkomplux. X'nagħmlhu bihom? --joelemaltais [[User talk:Joelemaltais]] 15:56, 21 Mejju 2006 (UTC)

[editja] meeting in Oct?

Hello, it's your absent admin again (...)... might we meet sometime in October? I'll try to be around online a bit more.. Saħħa lil kulħadd.. 「ѕʀʟ·」 05:22, 2 Lulju 2006 (UTC)

I'd like to see what can be done about marketing the wikipedia.. i have this idea for distributing stickers like this: http://www.lingwa.org.mt/paqpaq.jpg to promote Maltese text online and making mt.wiki a big part of it 「ѕʀʟ·」 05:29, 2 Lulju 2006 (UTC)
Hi dude ;°>, nice to read you. I had suggested a Sype meeting for mid June, but nobody answered. As long as we do the tech stuff before, Oct is OK with me ... however that would also have to be a skype meeting. Viz. promotion - I thought about something of the sort myself. Yet, sometimes you rather need a catalog of rules which you could point out to when people post sub optimal stuff. Sometimes it's much tougher keeping people away ;))--joelemaltais [[User talk:Joelemaltais]] 08:44, 2 Lulju 2006 (UTC)
sejjer malta 13th ott through 19th ott. .. not very much time.. :( but maybe min jaf.. 「ѕʀʟ·」 07:53, 30 Awissu 2006 (UTC)
Pity I don't live there... ;-( - unluckily also no cheap flights to Malta. Srl, I'll with you via mail this weekend, Joe.

[editja] Prosit!!!

Din l-ewwel darba li indunajt bil-paġna fuq wiki bil-malti, ili nużah għal żmien twil bl-ingliż u saħansita anki bil-franċiż, iżda qatt qabel issa ma kont naf li jeżisti wikipedia bil-malti. Prosit tassew lil min bdieha.


RVB

Grazzi tal-kummenti RVB :) Nisperaw li issa titħajjar tagħti l-kontribut tiegħek ukoll f'dan il-proġett! --Roderick Mallia 13:27, 30 Ottubru 2006 (UTC)

[editja] Wikimania 2007 Team Bulletin

Published by the Wikimania 2007 Taipei Team, Wikimania 2007 Team Bulletin provides the latest news of the Team's organizing work to everyone who is interested in Wikimania; it also gives the Team chances to announce calls for help/participation, so assistance in human and other resources can be sought in a wider range. Team Bulletin is published at the official website of Wikimania 2007 and released to the public domain. Issue 1 and Issue 2 has already published.--218.166.212.246 02:04, 29 Ottubru 2006 (UTC)

Static Wikipedia (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2007 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2006 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu

Static Wikipedia February 2008 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu