Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions Marte (pjaneta) - Wikipedija

Marte (pjaneta)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Meta jkun viżibbli bil-lejl, Marte, għandu lewn ħamrani u minħabba f'hekk huwa magħruf ukoll bħala l-Pjaneta l-Aħmar.
Kabbar
Meta jkun viżibbli bil-lejl, Marte, għandu lewn ħamrani u minħabba f'hekk huwa magħruf ukoll bħala l-Pjaneta l-Aħmar.

Dan l-artiklu huwa dwar il-pjaneta Marte. Għall-figura storika Rumana mur Marte (mitoloġija). Għal tifsiriet oħrajn mur Marte.

Werrej

[editja] Struttura u kompożizzjoni

Mars jew Marte, jinstab iżjed 'l bogħod mix-Xemx milli hija l-Art tagħna, u huwa biss nofs id-daqs tagħha b'densità tixbaħ lil dik tal-Qamar. Dan juri li l-qalba tal-ħadid ta' Marte għandha volum proporzjonalment iżgħar meta imqabbla ma' dawk tal-pjaneti terrestri l-oħrajn. Marte għandha għalqa manjetika dgħajfa, iżda riċerki juru li xi darba dan il-pjaneta kellu waħda qawwija mhux ħażin. L-assi tar-rotazzjoni ta' Marte huwa mxeqleb ftit biss iżjed min dak ta' l-Art. Marte jorbita madwar ix-Xemx simili ta' l-Art u jesperjenza staġuni simili wkoll bħalha, għalkemm ix-xtiewi fin-nofsinhar tal-pjaneta huma iksaħ u itwal minn dawk tat-tramuntana.

Marte għandu il-kapep polari bi stati ta' silġ ta' diossidu tal-karbonju staġonali; l-emisfera t'isfel tista' żżomm xi diossidu tal-karbonju tul is-sena Marzjali.

L-atmosfera hi rqiqa u komposta primarjament minn diossidu tal-karbonju. Il-pressa atmosferika hija biss 1% ta' dik tal-Art; jista' jkun li fl-imgħoddi kienet ikbar iżda l-gravita' dgħajfa ta' Marte tfisser li diffiċli għalih li jżomm atmosfera densa.

L-atmosfera mhix biżżejjed wiesgħa biex iżżomm kwalunkwe tip ta' effett serra li żżomm il-pjaneta sħun, għalhekk it-temperatura matul il-jum rarament titla' iżjed minn 273K (0º C/32º F) u bil-lejl tinżel bil-wisq inqas!

[editja] Għamlet Wiċċ Marte

Kien xi darba emnut li fuq dan il-korp ċelesti kien hemm xi tip ta' ħajja intelliġenti--ħlejqiet li jissieltu kontra it-tmiem tal-pjaneta tagħhom billi jibnu digi u kanali tal-ilma biex jipprovduh fejn kien nieqes u jsaqqu l-artijiet nixfa. Marte huwa niexef imma l-ebda evidenza ta' ħajja ma' nstabet-- il-kanali kienu biss illużjonijiet tas-sistemi foqra li kienu jintużaw għall-osservazzjoni.

Wiċċ Marte jista' jiġi mqassam fi tnejn--bħall-pjaneti l-oħra għandha l-għoljiet u x-xagħajriet, ta' l-ewwel jinsabu fil-biċċa l-kbira fl-emisfera tan-nofsinhar u għandhom ħafna krateri. Ix-xagħajriet huma inqas imħaffra u għandhom inqas żmien mill-għoljiet.

Olympus Mons huwa l-ikbar vulkan fis-Sistema Solari, jogħla għal tliet darbiet itwal mill-Everest u mill-wisgħa jestendi daqs l-istat tal-Arizona ta' l-Istati Uniti.
Kabbar
Olympus Mons huwa l-ikbar vulkan fis-Sistema Solari, jogħla għal tliet darbiet itwal mill-Everest u mill-wisgħa jestendi daqs l-istat tal-Arizona ta' l-Istati Uniti.

Il-krateri ta' Marte huma bil-wisq differenti minn dawk tal-Qamar, il-materjal misjub ħdejhom jissuġġerixxi li xi darba kien hemm ilma jew silġ fuq wiċċ il-pjaneta; għamliet oħra bħal widien li jixbħu xmajjar imnixxfa, ukoll iħassbu fi preżenza imgħoddija ta' ilma ġieri fuq Marte. Fl-1998 Mars Global Surveyor interċetta livelli għoljin ta' amatite, minerali li normalment jiġi prodott minn ilma, li fih ammont sostanzjali ta' ħadid, msaħħan minn attività vulkanika!

Fuq Marte jinsab l-ikbar vulkan tas-Sistema Solari, l-Olympus Mons, li jogħola sa' 27 km (17-il mil)--iktar minn tliet darbiet daqs l-Everest.

[editja] Il-Pjaneta l-aħmar

Marte huwa tassew aħmar, il-lewn huwa ikkawżat mill-ossidu tal-ħadid, simili tas-sadid, li jgħatti l-parti l-kbira tal-pjaneta. Ħafna drabi tempesti tar-riħ jaħkmu wiċċ il-pjaneta kollu. Wisq probabbli dawn it-tempesti huma ikkaġunati mit-tibdil fl-atmosfera fuq l-istrati tas-silġ polari u dik ta' fuq il-blat: li huwa iktar sħun. Partiċelli tat-trab fl-arja jikkawżaw dik l-għamla ħamranija fl-atmosfera tal-pjaneta.

[editja] Esplorazzjoni ta' Marte

L-ewwel missjoni lejn dal-pjaneta saret fis-sena 1965 u kien jisimha Mariner 4, segwew il-Mariner 6 u 7 li daru ma' Marte iżda ma daħlux fl-orbita waqt li fl-1971 Mariner 9 daħlet fl-orbita. Vikings 1 u 2 laħqu 'l Marte fl-1976; it-tnejn kellhom orbiter u lander, u wasslulna informazzjoni għal aktar minn erba' snin. L-orbiters ġibdu ritratti tal-wiċċ kollu b'riżoluzzjonijiet ta' ftit mijiet ta' metri. Fl-1989, Phobos2 ħa fotografija tal-qamar ta' Marte, li appuntu jġieb l-isem ta' Phobos, iżda minħabba ħsarat fis-sistema kompjuterizzata il-kommunikazzjonijiet intilfu. Missjonijiet oħra mingħajr suċċess segwew, waħda minnhom kienet il-Pathfinder mission, li niżżlet lander fuq is-superfiċi fir-reġjun Chryse Planitia fl-4 ta' Lulju 1997. Fl-istess sena, Mars Global Surveyor beda' l-istudju tal-ġeoloġija u l-mineraloġija tal-wiċċ u skopra l-għalqa manjetika dgħajfa ta' Marte.

[editja] Il-Qmura ta' Marte

Marte għanda żewġ qmura: Phobos li tfisser biżgħa u Deimos li tfisser paniku. It-tnejn li huma ċkejkna, b'forma irregolari , u t-tnejn li huma ġew skoperti fl-1877 minn Asaph Hall ġewwa l-osservatorju Navali fl-Istati Uniti tal-Amerika.

Phobos huwa l-eqreb qamar tal-pjaneta l-aħmar; sors:http://www.solarviews.com/cap/mars/phobos.htm
Kabbar
Phobos huwa l-eqreb qamar tal-pjaneta l-aħmar; sors:http://www.solarviews.com/cap/mars/phobos.htm

Huwa emmnut li kemm Phobos u kemm Deimos huma asterojdi li ġew miġbuda fl-orbita ta' Marte. Phobos għandu krater kbir, Stickney, li huwa madwar 10 km (6 mili) għat-tul, dan il-qamar idur ma' Marte fi tmien siegħat u x'aktarx se jaqa' fuq il-pjaneta f'inqas minn 100,000,000 sena.

Deimos huwa iktar 'l barra minn Phobos fl-orbita madwar Marte.
Kabbar
Deimos huwa iktar 'l barra minn Phobos fl-orbita madwar Marte.

Deimos huwa ħafna iżgħar minn Phobos u jorbita madwar Marte minn aktar bogħod. Għandu inqas tħaffir u ħafna minnhom jidru li ġew parzjalment mimlija b'sediment.

Is-Sistema Solari
Image:Pjaneti fis-Sistema Solari.jpg
Xemx · Merkurju · Venere · Art · Marte · Ġove · Saturnu · Uranju · Nettunu
Qmura - Asterojdi: Faxxa prinċipali, Faxxa ta' Kuiper, Nube ta' Oort - Kometi - Stillel l-iktar viċin - Pjaneti Nani

Static Wikipedia (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2007 (no images)

Static Wikipedia 2006 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu

Static Wikipedia February 2008 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu