Kometa
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
L-iktar oġġetti spetakulari fis-Sistema Solari huma bla dubbju ta' xejn il-Kometi, li jiproduċu dnub twal miljuni ta' Kilometri. Dawn b'għandhomx orbita fi ħdan is-sistema Solari bħall-asterojdi u l-pjaneti, iżda jistgħu jersqu viċin ix-Xemx minn kwalunkwe rokna. Dan il-fatt, flimkien mal-għadd ta' Kometi ġodda li jidru kull sena, jissuġerixxi li hemm xi ġibjun(reservoir) ta' materjal kometarju li jiċċirkonda is-Sistema Solari kollha. Dan il-ġibjun hu insejjaħ in-Nube ta' Oort u hu emnut li jespandi sa madwar 30,000 sa 100,000 uniti astronomiċi (AU). Unita Astronomika hija id-distanza ta' l-Art mix-Xemx u hija 149,597,870 km (92,955,630 mil).
Il-Faxxa ta' Kuiper hija it-tieni ġibjun ta' materjal kometarju. Dan jestendi minn 30 AU sa madwar 100 AU.
Kif kometa toqrob lejn ix-Xemx, is-silġ ta' qalbet il-kometa jibda jdub u jifforma id-denb.
In-nube ta' Oort qatt ma ġie effetivament osservata -- l-esitenza tagħha ġiet issuġerita mill-astronomu Olandiż J.H. Oort biex jispjega it-trajettorji u l-għadd ta' kometi ta' perjodu twil (il-kometi jieħdu 200 sena jew iktar biex jorbitaw madwar ix-Xemx) li jidru.