Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions Storja ta' Malta - Wikipedija

Storja ta' Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Malta ila abitata minn madwar 5200 QK u din iċ-ċiviltà pre-storika baqgħet teżisti fil-gżejjer. Fiż-żminijiet bikrin, f'Malta kienu jgħixu difersi komuitajiet. Dan iż-żmien hu imsejjah preistoriku minħabba li ma kien ma nkiteb xejn fih u ghalhekk m'għandna l-ebda evidenza miktuba ta dan il-perjodu. Hawnhekk naraw kif fl-iżvilupp tal-lingwa, it-taħdit jiġi qabel il-kitba, kif jiġi fil-ħajja ta kull bniedem.

Meta ġew il-Feniċi semmew lill-gżira prinċipali Malat, li jfisser irmiġġ sekur. L-alfabett tal-Feniċi xtered malajr u in-nies bdew jitkelmu bil-Feniċju u iktar tard bil-Puniku. Il-Gżejjer Maltin wara waqgħu taħt il-kontroll tal-Kartaġiniżi 400 QK u wara spiċċaw taħt l-influwenza tar-rumani 218 QK.

Meta l-Imperu Ruman inqasam fi tnejn, Malta waqgħet f'idejn il-Biżantini, l-hekk imsejħa Rumani tal-Lvant. Ir-Rumani kienu juzaw il-latin u l-grieg biex jikomunikaw filwaqt li n-nies maltin kienu juzaw il-Puniku u ghalhekk il-maltin kienu msejhu 'barbari', jigifieri nies li ma jitkelmux bil-grieg.

Dawn ta l-aħħar ġew melgħuba minn forza ta' Għarab fis-sena 870. L-Għarab influwenżaw il-lingwa tal-pajjiż, il-Malti, u dan l-element semitiku għadu ħaj sal-ġurnata ta' llum fl-ilsien tal-poplu. L-Għarab xerrdu it-twemmin Islamiku fost il-Maltin u daħħlu wkoll metodi ġodda fl-agrikoltura. L-Għarab għexu u tħalltu mal-Maltin għal mitejn sena, mill-1049 sa l-1249. F'dan iż-żmien kien hawn Maltin li żżewgu l-Għarab u anke qelbu r-reliġjon

Fl-1090, in-Normanni ħadu l-gżejjer Maltin taħt it-tmexxija tagħhom, u anki jekk l-influwenza Għarbija baqgħet f'Malta sa ma dawn tkeċċew għal kollox, nistgħu ngħidu li Malta bdiet issir iktar u iktar Ewropea u reġgħet twaqqfet mill-ġdid ir-reliġjon Kattolika fil-gżejjer. Dawn kienu jitkellmu bil-latin jew bl-isqali. Kien f'dan iz-zmien li l-Malti beda jinqata' mill-Għarbi Klassiku u jthallat ma' l-isqali F'dawn iż-żminijiet, nistghu nghidu li hawnhekk twieled l-ilsien Malti, jew il-Malti Bikri. Wara xi zminijiet il-Maltin saru parti mill-Imperu Spanjol.

Fl'1530, il-Gżejjer ingħataw lill-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann. L-ordni kienu jikelmu bl-Italjan. Dawn in-nies tħalltu mal-Maltin fil-postijiet tax-xogħol u anke biż-żwigijiet. B'hekk l-ilsien Malti għadda minn fazi oħra għax beda jitħalat mat-Taljan. Mela l-element rumanz wassal għall-formazzjoni tal-Malti Nofsani.

Qabel mal-Kavallieri aċċettaw dawn waqqfu kummisjoni biex jaraw l-istat tal-pajjiż; Sabu art niexfa, b'poplu mferrex madwar il-gżejjer kollha u b'żewġ imkejjen biss li kellhom ħjiel ċkejken ta' difiża: L-Imdina, bis-swar tagħha, u l-Birgu bil-Castrum Maris illum il-Fortizza ta' Sant' Anġlu. Il-Kavallieri għażlu jaċċettaw il-proposta tal-Imperatur Karlu V, u ddeċiedew li joqgħodu fil-Birgu, peress li dan il-lokal kien fejn il-baħar u kellu wkoll port eċċezzjonali; zewġ assi importanti għall-Kavallieri li kienu ilhom imdorrijin għal ħajja ta' kursara kattoliċi. Wara dan, l-Ordni beda jsaħħaħ il-Birgu bi swar, u ġie deċiz li jittellgħu swar fuq l-Isla, bil-Fortizza ta' San Mikiel, kif ukoll fortizza biex tiddefendi d-daħla tal-Port il-Kbir, il-Fortizza ta' Sant' Iermu.

Tkun illużjoni, imma, jekk wieħed jaħseb li mad-daħla tal-Ordni Malta tbiddlet f'fortizza felħana: L-attakki tal-furbani misilmin żdiedu, u sa waslu biex fl-1551, taħt il-kmand ta' Dragut, ħabtu għal Għawdex u kaxkru l-Għawdxin kollha ħlief ix-xjuħ u l-morda. Wieħed irid jinnota iżda li l-għan ta' dan l-attakk kien li jidħlu fil-Birgu, għan li falla ħabba s-saħħa li bdiet tiżdiet tal-Ordni.

Din is-saħħa tpoġġiet taħt sforz kbir fl-Ewwel Assedju ta' Malta, msejjaħ L-Assedju L-Kbir, li beda fit-18 ta' Mejju ta' l-1565 beda, fejn Malta spiċċat tiġġieled mas-saħħa kbira tal-Imperu Ottoman. Fit-8 ta' Settembru 1565, ġurnata li sal-llum għadha titfakkar b'festa nazzjonali, l-Ottomani, wara iktar minn tlett xhur ta' taqbid, indunaw li kienet waslet għajnuna minn Sqallija, l-hekk imsejjaħ Gran Soccorso, li waslithom għat-telfa tagħhom, fil-Jum li baqa mfakkar mal-Maltin bħala Jum il-Vitorja

Din ir-rebħa waħħdet l-Ordni ma' Malta, u dawn baqgħu sal-llum jissejħu "Kavallieri ta' Malta"; Wara din ir-rebħa bnew iktar fortifikazzjonijiet speċjalment madwar il-Port il-Kbir, bnew kapitali ġdida, il-Belt Valletta u għollew l-istandard tal-għixien tal-poplu in ġenerali. Il-ħakma tagħhom waslet fit-tmiem tagħha meta Napuljun rebaħ il-gżejjer fl-1798. Il-Maltin qamu għall-Franċiżi u bdew Imblokk, grazzi għal għajnuna tar-Renju taż-Żewġ Sqallijiet u tal-Gran Brittanja. L-Ingliżi ħadu l-gżejjer bħala protettorat fl-1800 u appuntaw lil Sir Alexander John Ball bħala gvernatur, bl-għan li l-gżejjer jerġgħu jaqgħu f'idejn l-Ordni wara l-Gwerer Napoleoniċi.

Dan it-tir ma tantx dam: Fl-1814, bħala parti mit-Trattat ta' Pariġi, Malta officjalment saret parti mill-Imperu Britanniku u kienet tintuża bħala stazzjon, bażi navali u s-sede uffiċċjali tal-Flotta Navali Mediterranea Ingliża, sakem din ittieħdet f'Lixandra fl-Eġittu ħabba l-fatt li Malta kienet qrib wisq l-Italja belliġerenti.

Malta kellha rwol importanti ħafna fit-Tieni Gwerra Dinjija, minħabba li kienet qrib ħafna r-rotot navali tal-Forzi tal-Assi, u mhux eżaġerazzjoni li wieħed jgħid li Malta sofriet it-Tieni Assedju tagħha meta din saret wiehed mill-iktar postijiet bumbardati tad-dinja, fil-'Blitz' tal-forzi tal-ajru Ġermaniżi u, sa ċertu punt, Taljani.

Wara din il-Gwerra, Malta ngħatat l-Indipendenza tagħha fil-21 ta' Settembru, 1964. Malta baqgħet membru tal-'Commonwealth', u saret repubblika fl-1974. F' referendum f' April 2003, il-vutanti wrew ir-rieda tagħhom biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea, biex b'hekk Malta saret membru sħiħ fl-1 Mejju, 2004.


Werrej

[editja] Ġeoloġija

Malta tinsab fuq altipjan sommers li jestendi mill-Afrika ta' Fuq sa' Sqallija. Miljuni ta' snin ilu, il-gżira sħiħa kienet sommersa, kif inhu indikat fil-fossili marini li jinsabu fil-ġebla Maltija fl-ogħla inħawi tal-gżejjer. Hekk kif dan l-altipjan ogħla, u l-istrett ta' Ġibiltà ingħalaq ħabba attività tettonika, il-livell ta' l-ilma tbaxxa, u Malta dehret fuq speċi ta' 'pont' ta' art niexfa li kien jagħqqad iż-żewġ kontinenti, mdawwra b'għadajjar kbar. Xi għerien f'Malta wrew fdalijiet t'iljunfanti, ħippopotami u annimali oħra kbar mill-kontinent Afrikan, waqt li oħrajn jixhdu annimali Ewropej.

[editja] Pre-Storja

Il-Bniedem wasal f'Malta madwar l-5200 QK. L-ewwel komunitajiet ta' nies Neolitiċi probabilment waslu minn Sqallija (madwar 60 mil fit-tramuntana), u kienu fil-maġġorparti komunitajiet ta' bdiewa u sajjieda, b'evidenza t' attivitajiet ta' kaċċa. Apparentement, dawn kienu jgħixu f'għerien u 'djar miftuħa'. Matul is-sekli li segwew, hemm evidenza ta' iktar kuntatti ma' ċiviltajiet oħra, li ħalliet effet kbir fuq dawn l-ewwel Maltin, hekk kif jixhdu id-disinji fil-fuħħar u l-kuluri li kienu jintużaw.

Wieħed mill-iktar żminijiet li jispikkaw fl-istorja ta' Malta hu ż-żmien tal-bini tat-tempji li jibda madwar l-3600 QK. Dan ifisser li f'Malta hawn l-eqdem binjiet fid-dinja. Ħafna mit-tempji għandhom forma ta' ħames kmamar semi-ċirkolari (f'nofs tond) magħqudin fiċ-ċcentru. Ġie maħsub li dawn jistgħu jirrapreżentaw ir-ras, idejn u s-saqajn ta' alla falz, minħabba li waħda mill-iktar statwi komuni li jinstabu f'dawn it-tempji huma statwi ta' mara ħoxna; simbolu ta' fertilità. Il-Perijodu tat-Tempji baqa għaddej sa, madwar, 2500 QK, meta iċ-ċiviltà li ħolqot dawn it-tempji għebet. Teżisti ħafna spekulazzjoni fuq x'seta' ġara, u jekk dawn kienux maqtula kollha jew jekk in-numri tagħhom ma waqawx tant li ma fadal l-ebda traċċa tagħhom.

Wara dan il-perijodi tat-tempji wasal Żmien il-Bronz. F'dan il-perijodu għandna fdalijiet ta' djar u villaġġi, kif ukoll dolmens u menhirs. Però l-iktar fdal interessanti ta' dan il-perijodu huma ir-raddi fl-art (cart ruts). Dan il-par ta' kanali paralleli maqtugħin f'wiċċ il-blat, u li jestendu għal tul twil ħafna, bosta drabi jimxu fl-linja dritta. L-użu preċiż tagħhom mhuwiex magħruf. Skond ċerti studjużi dawn setgħu jintużaw meta xi annimali tal-irmonk kienu jiġbdu ċerti piżijiet, u b'hekk dawn il-kanali kienu jiggwidaw lill-annimali f'ċerti rotot mingħajr ma jitilfu t-triq.

[editja] Era Klassika

Malta waqgħet taħt l-influenza tal-Feniċi probabilment madwar it-8 seklu QK, meta l-Feniċi kienu jiddominaw ir-rotot kummerċjali fil-Mediterran. Numru ta' tempji ta' dawn iż-żminijiet juru li huma ddedikati lill-alla femminili Astarte. Il-Feniċi kienu jsejħu lil gżira "Malat", li tfisser irmiġġ sekur. Żewġ kandelabri tal-ġebel li nstabu f'Malta kellhom imnaqqax fuqhom dedikazzjoni kemm bil-Feniċju oriġinali kif ukoll bil-Grieg, dawn il-kandelabri fetħu l-bibien biex isseħħ id-deċifrazzjoni tal-lingwa Feniċja.

Malta kienet ċentru tal-kulti importanti ħafna għall-kult tal-alla mara tal-Fertilità; il-qima lejn din id-divinità kienet ilha hawn sa mir-4 millenju QK. Stħarriġ arkeoloġiku wera li hawn Malta kien hawn ċentru reliġjuż ħafna qabel dawk f'Sumer u fl-Eġittu. L-Istorja miktuba ta' Malta bdiet ħafna qabel il-wasla tal-kristjaneżmu. Oriġinarjament il-Feniċi, u iktar tard il-Kartaġiniżi, waqqfu portijiet u zonijiet kummerċjali fil-gżejjer. Matul it-Tieni Gwerra Punika, Malta waqgħet f'idejn ir-Rumani, u ġiet inkorporata fir-Repubblika ta' Ruma fl-218 QK. Ir-Rumani kienu jirreferu ghall-gżira prinċipali bħala 'Melita', probabilment korruzzjoni tat-term Feniċju 'Malat'. Jeżistu diversi fdalijiet Rumani f'Malta bħal mużajċi ta' domus fil-belt ta' Melita (illum l-Imdina u parti mir-Rabat), kif ukoll banjijiet u vilel kbar.

Kien matul dan iż-żmien li San Pawl, wieħed mill-figuri prominenti tal-kristjaneżmu, wasal fuq il-gżira meta l-ġifen li kien fuqu inkalja f'Malta meta dan kien sejjer lejn Ruma. Dan l-avveniment hu deskritt fil-Bibbja, fl-Atti 28:1-11. It-tradizzjoni tgħid li San Pawl ikkonverta il-gżejjer għal Kristjaneżmu, u li Publiju, li kien il-gvenatur, sar l-ewwel isqof, imma m'hemm l-ebda fatti li jikkonfermaw din il-konverżjoni tal-massa.

L-ewwel evidenza ta' kristjaneżmu fuq il-gżira hu fir-4 seklu WK. Inħawi li huma magħqqda maż-żmien li San Pawl għamel hawn baqgħu frekwentati mill-pellegrini sal-llum.

[editja] Għarab

Wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman, Malta waqgħet għal ftit żmien f'idejn il-Vandali u f' idejn il-Biżantini, sakemm din waqgħet f'idejn Għarab Sqallin fl-870 WK. Dan il-perijodu ħalla effett qawwi fuq iċ-ċiviltà tal-inħawi. L-Għarab daħħlu diversi tekniċi ta' irrigazzjoni, xi wħud minnhom għadhom jintużaw sa' llum. Ħafna nħawi ta' Malta huma wkoll marbuta ma' dan il-perijodu. L-Imdina, li ġiet modifikata estensivament f'dan iż-żmien, tixbaħ ħafna lil diversi bliet fl-Afrika ta' Fuq.

L-Għerq tal-ilsien Malti hu miġbud minn dan iż-żmien: Il-Malti, lingwa semitika, kienet l-ewwel derivata mill-Feniċju, wara ġibdet iktar mill-Għarbi, li hu sors semitiku bħal feniċju, u wara ġie influwenzat b'mod estensiv mit-Taljan u l-lingwi Rumanzi. Riċentement, beda jinħass ukoll l-influss ta' l-Ingliż. Anki jekk issa l-Malti jinkiteb fl-alfabett latin, din hi biss żieda riċenti għax matul l-istorja kien jinkiteb fl-alfabett tal-pajjiż ħakkiem.

[editja] Il-Medjuevu

Fl-1090 Il-Konti Ruġġieru I ta' Sqallija, pprova jwaqqaf il-ħakma Normanna f'Malta, u fl-1127 ibnu Ruġġieru II ta' Sqallija irnexxielu. Minn hawn beda t-tmiem tal-influwenza għarbija u l-bidu ta' dik Ewropea.

Sas- seklu 13, f'Malta xorta baqa' element mdaqqas ta' Misilmin. Malta kienet appendaġġ ta' Sqallija għal 440 sena. matul dan il-perijodu, Malta kienet mibjugħa lil diversi sidien fewdali u baruni, u kienet dominata suċċessivament mill-ħakkiema tal-Iswabja, Akwitanja, Aragona, Kastilja, u Spanja. Fl-aħħar Aragona - li kienet qed taħkem il-gżejjer- ingħaqdet ma' Kastilja fl-1479, u Malta saret parti mill-Imperu Spanjol.

L-Amministrazzjoni tal-gżejjer b'hekk waqgħet f'idejn in-nobbiltà Maltija, ħafna minna b'oriġini Sqallija jew Spanjola, li kienu jiffurmaw l-Università.

[editja] Kavallieri ta' San Ġwann

Fil-bidu tas-seklu 16, l-Imperu Ottoman beda jixtered fir-reġjun tal-mediterran, sakemm wasal fix-xlokk tal-Ewropa. Ir-rè Spanjol, u Imperatur tal-Imperu Qaddis Ruman, Karlu V, beda jibża li jekk Ruma taqa' f'idejn it-Torok, l-Ewropa kristjana kienet tispiċċa. Fl-1522, l-Imperatur Ottoman Suleiman II, keċċa l-Kavallieri Ospitallieri ta' San Ġwann il-Battista minn Rodi. Dawn tferrxu fil-kommanderiji tagħhom fl-Ewropa. Biex jipproteġi lil Ruma minn invażjoni minn nofsinhar, fl-1530 Karlu V ta l-gżejjer lil dawn il-Kavallieri.

Għal-275 sena li jmiss, dawn il-famużi "Kavallieri ta' Malta" għamlu lil gżira d-dar tagħhom. bnew bliet u rħula, palazzi, knejjes, ġonna, u fortifikazzjonijiet; huma sebbħu lil gżejjer b'diversi opri tal-arti, arkitettura, u żiedu l-wirt storiku ta' Malta.

[editja] L-Assedju l-Kbir

Wara ħafna rtirati u bosta telfiet, inkluża Rodi li kienet fuq l-għatba tat-Turkija, l-Ordni ingħata l-gżejjer Maltin; Minn hawnhekk komplew jattakkaw ir-rotot kummerċjali tat-torok, u wara ftit, l-Imperatur Ottoman Suleiman II ordna li jsir l-aħħar attakk fuq l-Ordni. S'issa il-Kavallieri kienu okkupaw il-Birgu, fejn kien hemm portijiet perfetti biex jiġu bbażati l-flotot tal-Ordni. Ukoll il-Birgu, kien wieħed miż-żewġ inħawi urbani ffortifikati fil-gżira ta' Malta, l-post l-ieħor hi l-Imdina.

Id-difiżi tal-Birgu żdiedu, u nbnew fortifikazzjonijiet fuq l-ilsien ieħor ta' art fil-qrib, l-Senglea. Nbena forti żgħir fuq l-Għolja Xebb ir-Ras, fejn illum hemm il-Belt Valletta, li ssemma Forti Sant Iermu.

Fit-18 ta' Mejju, 1565 il-logutenenti ta' Suleiman II, bdew l-assedju ta' Malta. Sakemm waslet il-flotta tal-Ottomani, il-Kavallieri kienu diġa lestew dak kollu li seta' jitlesta. L-ewwel l-Ottomani attakkaw il-forti l-ġdid ta' Sant Iermu, u wara xhar sħiħ ta' attakki il-forti kien imfarrak, imma s-suldati baqgħu jitqabdu sa' l-aħħar. wara dan bdew jattakkaw il-Birgu u l-fortifikazzjonijiet fl-Senglea, imma kien kollu għal xejn.

Wara assedju twil, fit-8 ta' Settembru tal-istess sena waslet l-għajnuna mistennija minn Sqallija; l-Ottomani intebħu bit-telfa, u telqu minn Malta qabel mat-tempesti tax-xitwa ma jħalluhomx jaħarbu. L-Ottomani kienu qed jistennew li ħa jirbħu fi ftit ġimgħat; Kellhom madwar 30,000 suldat kontra l-Kavallieri u l-Maltin, li kienu jammontaw għal 9,000. L-Ottomani ftit li xejn avvanzaw iktar fin-nofsinhar tal-Ewropa, u Suleiman miet ftit snin wara.

Sena wara, l-Ordni beda l-bini ta' fortifikazzjonijiet u belt ġdida: Semmewa Valletta, għal Gran Mastru li kien rebbaħ l-Assedju - Jean Parisot de Valette. Minħabba l-fatt li l-Ottomani qatt ma pruvaw jerġgħu jattakaw, il-fortifikazzjonijiet tista tgħid baqgħu sħaħ, u għadhom f'kundizjoni tajba s'issa.

Però, għax ir-raġuni tal-eżistenza tagħhom għebet, is-snin glorjużi tal-Ordni bdew jgħaddu u jintesew, sakemm il-Kavallieri waqgħu f'deklin, kemm militari kif ukoll ekonomiku.

Fil-fatt, tant kien deklin qawwi li meta Napuljun wasal f'Malta fl-1798, l-Ordni ta l-gżejjer mingħajr l-ebda oppożizzjoni. Minħabba l-fatt li l-Ordni ma tantx kien qed jinħabb mal-Maltin, dawn bdew iħarsu lejn il-franċiżi bħala liberaturi. Din l-illużjoni ma tantx damet. Fi ftit żmien il-Franċiżi bdew jagħlqu l-kunventi u jisirqu teżorijiet tal-knisja. Il-Maltin rvellaw, u l-Franċiżi taħt il-kmand tal-Ġeneral Claude-Henri Belgrand de Vaubois, rtiraw fil-Belt Valletta. Wara ħafna fallimenti, il-Maltin iddeċiedew li jitolbu għal assistenza stranġiera, dik Sqallija (Borbonika) u Ingliża; L-Ammirall Horatio Nelson ddeċieda li kien hemm bżonn imblokk totali, navali u fuq l-art wkoll.


Ara wkoll: http://www.angelfire.com/80s/senglea/history/page20.html

[editja] Taħt l-Ingliżi

Fl-1814, Malta saret parti mill-Imperu Ingliż. Fil-bidu Malta ma tantx ingħatat importanza, iżda l-portijiet eċċellenti tagħha saru assi vitali għal Ingliżi, speċjalment wara l-ftuħ tal-Kanal ta' Suez. Malta saret fortizza navali u militari , il-kwartieri navali prinċipali tal-Flotta Ingliża tal-Mediterran. Il-Maltin, però ma tantx kellhom kostituzzjoni liberali, u ħafna kienu jbatu l-faqar. Fl-1919 saru rvellijiet ħabba din is-sitwazzjoni prekarja. Dan wasal għall-amministrazzjoni awtonoma tal-gżejjer. Malta ingħatat sistema b' parlament bikameral, b' Senat (tneħħa fl-1949), u b'Assemblea Leġislattiva eletta, anki jekk il-kostituzzjoni kienet frekwentement tiġi sospiża.

[editja] Kwistjoni tal-Lingwa

Qabel il-wasla tal-Ingliżi, il-lingwa tal-Maltin ta' livell għoli kienet il-Lingwa Taljana, imma din bdiet tiġi maqbuża mil-Lingwa Ingliża. Fl-1934 l-Ingliż u l-Lingwa Maltija ġew dikjarati l-uniċi żewġ lingwi uffiċċjali f'Malta. L-Ingliżi kienu jassoċjaw it-Taljan ma' Mussolini, u r-reġim tiegħu fl-Italja, li kien jirreklama t-territorjalità ta' dawn il-gżejjer.

[editja] It-Tieni Gwerra Dinjija

Qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Belt Valletta kienet il-kwartieri navali tal-Flotta Ingliża tal-Mediterran. Pero dan ittieħed f'Lixandra, fl-Eġittu, fis-snin tletin. Meta l-Italja iddikjarat gwerra (10 ta' Ġunju, 1940), Malta kienet difiża minn 4,000 suldat, b' ħames ġimgħat ikel għal popolazzjoni ta' 300,000 ruħ. Terġa Malta kienet difiża mill-ajru permezz ta' 42 'anti-aircraft gun', 34 kanuni tqal u 8 ħfief, u 4 ajruplani 'Gloster Gladiator', bi 3 piloti.

Peress li Malta kienet kolonja Ingliża viċin Sqallija u r-rotot tal-għadu, Malta kienet bumbardata mill-forzi aerei Ġermaniżi u Taljani; Malta kienet tintuża bħala bażi għal attakki kontra l-flotta Taljana u kellha bazi tas-sottomarini. Kienet tintuża wkoll bħala stazzjon biex jiġu interċettati messaġġi tal-għadu.

Wara rifornimenti ta' ajruplani, Malta kienet tista tiddefendi ruħha - Fil-15 ta' April 1942, Ir-Rè Ġorġ VI offra 'l 'George Cross' lil Malta, bil-kliem: "Lill-gżira fortizza ta' Malta -- niesa u min jiddefendiha." Il-President Amerikan Franklin Roosevelt, sejjaħ lil Malta "fjamma żgħira tixgħel fid-dlam."

[editja] Indipendenza

Wara li falla l-attentat biex Malta tintegra ruħha fl-Ingilterra, kien ċar li Malta riedet l-Indipendenza, u fil- 21 ta' Settembru, 1964, Malta saret stat indipendenti. Malta baqgħet fil-'Commonwealth' u kienet tagħraf lir-Reġina tal-Ingliterra bħala mexxej tal-istat. Dom Mintoff sar Prim Ministru fl-1971, u beda jħoll l-irbit mal-Ingilterra u jmexxi politika ta' non-alineament, kif ukoll billi ġie stabilit kuntatt mal-Libja.

Malta saret Repubblika fl-1974, bl-aħħar Gvernatur-Ġeneral, Sir Anthony Mamo, bħala l-ewwel President. Fl-1979 l-aħħar suldati Ingliżi telqu l-gżira. Mintoff baqa Prim Ministru sal-1984, sakemm l-MLP tilef l-elezzjoni u rebaħ il-PN fl-1987, dakinhar immexxi minn Eddie Fenech Adami, illum mmexxi minn Laurence Gonzi. Il-PN ddeċieda li jibni relazzjonijiet mal-Ewropa u l-istati Uniti.

[editja] Sħubija fl-Unjoni Ewropea

Fenech Adami kien ukoll favur l-applikazzjoni ta' Malta fl-Unjoni Ewropea (UE). Din saret kwistjoni taħraq fost il-Maltin, bl-MLP kontra d-daħla ta' Malta fl-UE. Il-Gvern tal-PN waqa' fl-1996, u l-mexxej tal-MLP, Alfred Sant, neħħa l-applikazzjoni ta' Malta fl-UE. Il-PN irritorna għall-poter fl-1998, u reġa applika għal sħubija fl-UE. Referendum fuq is-sħubija Maltija fl-UE fl-2003 wera li l-maġġoranza tal-votanti kien favur din id-daħla; anki jekk l-MLP qal li ma kienx iħossu marbut, speċjalment fl-elezzjonijiet ta' dik is-sena. Però, l-PN reġa rebaħ, u Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004.

[editja] Links fuq l-Internet

Static Wikipedia (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2007 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2006 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu

Static Wikipedia February 2008 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu