President ta' Malta
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Il-kariga ta' President ta' Malta ġiet maħluqa l-ewwel darba fit-13 ta' Diċembru 1974, meta Malta saret Repubblika fost il-Commonwealth. L-aħħar Gvernatur-Ġenerali, Sir Anthony Mamo, sar l-ewwel President tar-Repubblika biex ħa post ir-Reġina Eliżabetta II bħala l-kap ta' l-istat. Sir Anthony Mamo serva bħala President sa l-1976.
Bħall-monarkija Britannika, il-President ta' Malta huwa kap ta' stat kostituzzjonali, bil-poter jibqa' f'idejn il-Prim Ministru. Il-President jiġi elett mill-Kamra tar-Rappreżentanti. L-ewwel mara li laħqet din il-kariga għolja kienet is-Sinjorina Agatha Barbara, li kienet ministru fi żmien il-gvern Laburista preċedentament. Attwalment, il-President ta' Malta huwa Dr. Edward Fenech Adami.
[editja] Il-Bandiera tal-President
Sa l-1988, ma kienet teżisti l-ebda bandiera għall-President ta' Malta, u għalhekk kienet tintuża l-bandiera nazzjonali. Iżda f'dik is-sena ġiet introdotta bandiera ġdida, bl-arma fuq sfond blu, u s-simbolu tas-Salib ta' Malta b'kulur id-deheb f'kull rokna.
[editja] Lista ta' Presidenti
- 1974-1976: Anthony Mamo (1909-)
- 1976-1981: Anton Buttiġieġ (1912-1983)
- 1981-1982: Acting President Albert Hyzler
- 1982-1987: Agatha Barbara (1923-2002)
- 1987-1989: Acting President Paul Xuereb (1923-1994)
- 1989-1994: Censu Tabone (1913-)
- 1994-1999: Ugo Mifsud Bonnici (1932-)
- 1999-2004: Guido de Marco (1931-)
- 2004- : Edward Fenech Adami (1934-)