Feniċi
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Dan l-artiklu huwa abbozz (stub). Jekk tista', ikkontribwixxi issa biex ittejbu, dejjem skond il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. Għal-lista kompluta ta' abbozzi, ara l-kategorija relatata. |
Il-Feniċi kienu poplu mill-Lvant Nofsani, min-naħat ta' fuq ta' fejn illum hemm l-Art Imqaddsa, qalb il-pjanuri tax-xatt tal-Lebanon u s-Sirja tal-lum il-ġurnata.
Iċ-ċiviltà Feniċja kienet waħda ibbażata fuq il-kummerċ marittimu li tferrxet tul il-Baħar Mediterran fl-ewwel millenju QK. Anki jekk in-nies ta' dik ir-reġjuni kienu jsejħu lilhom infushom Kanaaniti, l-isem Feniċi intiret mill-Griegi, li kienu jsejħulhom Phoiniki - Φοινίκη (Phoiníkē); il-kelma Griega għal Feniċi kienet sinonimu ta' kulur vjola fl-aħmar, bil-Grieg φοινίξ (phoinix), minħabba l-fatt li l-Feniċi kienu jikkummerċaw żebgħa ta' dan il-kulur. Din iż-żebgħa kienet tintuża fil-kummerċ tat-tessuti, u kienet mfittxija ħafna.
Il-Feniċi baqgħu ikabbru ir-rotot kummerċjali tagħhom u kienu jibnu kolonji bħala portijiet matul il-vjaġġi tagħhom, bħal Kartaġni, Lilybaeum u Malta.
Il-Feniċi kienu jitkellmu bil-lingwa tagħhom, il-Feniċju, iktar tard imsejjħa Puniku mir-Rumani, minħabba li l-kelma għall-vjola bil-Latin kienet Puniceus. Anki jekk il-Feniċi kellhom deklin qawwi, xorta baqgħu ħajjin fil-popli ta' madwar il-Mediterran, per eżempju Santu Wistin mhux talli kien jikteb b'riferenzi lejn kotba Feniċi, iżda kien jitkellem speċi ta' Puniku hu wkoll, u kien isejjaħlua bħala il-lingwa tagħna.
Storja | Portal ta' l-Istorja | Kategorija:Storja |
Storja antika | Storja medjevali | Storja moderna | Storja kontemporanja |
Categories: Stub | Storja