Eklissi
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
[editja] Eklissi tax-Xemx
IX-XEMX u l-qamar jidru, bejn wieħed u ieħor, ta' l-istess qies hemm fuq fis-sema. Iżda l-qamar hu xi 400 darba iżgħar mix-Xemx, imma wkoll 400 darba eqreb. Waqt eklissi totali tax-Xemx, il-qamar jgħatti il-fotosfera, b'hekk jinkixfu il-kromosfera u l-inviżibbli korona.
Li kieku il-Qamar idur mad-Dinja bl-istess mod li hija ddur max-Xemx (elitiku), allura l-eklissi totali tax-Xemx kienet issir kull darba li jkun hemm Qamar ġdid. Madanakollu, l-orbita Qamrija hija inklinata għal xi 5 gradi lejn l-elitiku, għaldaqstnat il-Qamar xi kultnat jgħaddi fuq, jew taħt ix-Xemx fis-sema. Huwa biss meta l-Qamar jinsab fl-istess pjan elitiku tad-dinja f'qamar ġdid eklissi solari hija possibli li sseħħ.
L-orbiti tal-Art u l-Qamar mhumiex ċirkulari, għalhekk id-dijametri angulari tal-Qamar u x-Xemx li jidrhu fis-smewwiet ivvarjaw. Hekk si minn daqqiet il-Qamar jidher iżgħar mix-Xemx u eklissi anilari ssir; ċirku mill-fotosfera jdawwar l-Qamar u l-korona tax-Xemx ma tidhirx.
Il-korona solari tidher meta eklissi totali tax-Xemx isseħħ Għal min josserva huwa possibli li jara eklissi totali tax-Xemx biss jekk ikun qiegħed taħt l-ombra ewlenija tal-qamar. Fid-dell penumbrali ikun possibli biss li wieħed jara eklissi parzjali tax-Xemx.