- Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions Dun Ġorġ Preca - Wikipedija

Dun Ġorġ Preca

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Dun Ġorġ Preca (1880-1962) - Fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, jew kif inhi aktar magħrufa, il-MUSEUM / Mużew.

Werrej


Ġorġ Preca twieled il-Belt Valletta fit-12 ta' Frar, 1880. Is-seba' tifel fost disa' aħwa. Kien tifel marradi sa minn ċkunitu iżda xorta għex ħajja twila, studja fil-Liċew meta kien zgħir u mbagħad fis-Seminarju biex sar qassis.

Ftit ġimgħat qabel ġie ordnat qassis, Ġorġ Preca marad gravement tant li t-tabib qata' qalbu milli jsalvah. Iżda Dun Ġorġ fieq u ġie ordnat qassis fit-22 ta' Diċembru, 1906. Dun Ġorġ wara kien qal li l-fejqan tiegħu kien grazzja m'għand San Ġużepp.

[editja] Il-bidu tal-MUSEUM

Darba minnhom Dun Ġorġ Preca kien għaddej fil-knisja u sema' lis-sagristan jgħallem id-duttrina lit-tfal. Sfortunatament, li kien qed jgħid das-sagristan ma kienx kollu sew u hemm Dun Ġorġ intebaħ li hemm bżonn li jsir xi ħaġa sabiex lin-nies jingħatalhom tagħlim Nisrani kif xieraq. Hu kien diġa' beda jikteb lill-Papa San Piju X biex iwaqqaf soċjetà ta' djakni permanenti ħalli jgħinu lill-isqfijiet f'dan il-għan iżda imbagħad spiċċa biex ifforma din is-soċjetà hu billi ġabar grupp ta' żagħżagħ biex ikunu kapaċi jgħallmu 'l oħrajn.

L-ewwel żagħżugħ fosthom kien Ewġenju 'Ġeġè' Borġ, ħaddiem tat-Tarzna. Dun Ġorġ urieh attenzjoni speċjali u kien jieħdu għalih waħdu biex jgħallmu u jfissirlu l-ħajja ta' Ġesu Kristu skond l-Evanġelju ta' San Ġwann. Ġeġè kellu jkun l-ewwel Superjur Ġenerali tas-Soċjetà ta' Dun Ġorġ.

Mhux kulħadd fehem mill-ewwel x'ried jagħmel Dun Ġorġ u kien hemm min saħansitra fehemu ħażin. Il-Bibbja u t-teologija f'idejn lajċi ħaddiema kienet ħaġa ġdida u kienet wisq aktar ġdida li dawn il-lajċi joħorġu fit-toroq u l-pjazez ixandru l-Kelma t'Alla lil kulħadd. Kellhom jgħaddu 25 sena mit-twaqqif tagħha sabiex fit-12 t'April 1932, l-Isqof ta' Malta, Dom Maurus Caruana OSB approva r-Regola u s-Soċjetà ta' Dun Ġorġ.

Id-Djar għat-tagħlim nisrani bdew jiftħu waħda wara l-oħra fil-parroċċi. Inħass il-bżonn kbir ta' l-edukazzjoni reliġjuża tal-poplu għax il-ħajja nisranija tal-kotra kienet mibnija fuq is-sagramenti u d-devozzjonijiet bla ma kien hemm għeruq sodi fit-tagħlim tal-Knisja. It-tfal bdew jiġu kuljum fid-Djar ta' Dun Ġorġ għax hemm sabu nies dedikati li jgħinuhom jikbru, mhux biss fil-ħinijiet tat-tagħlim iżda wkoll waqt il-logħob.

Sa mill-bidu nett, Dun Ġorġ obbliga lill-katekisti tal-MUSEUM li kuljum, wara li jkunu temmew jgħallmu liż-żgħar u lill-kbar, jiltaqgħu flimkien għal siegħa ta' formazzjoni (ir-Responsorju).

Il-kariżma tiegħu li jgħallem għadha ħajja u l-vokazzjonijiet fis-Soċjetà tiegħu dejjem jiżdiedu. Fi żmienu, Dun Ġorġ innifsu bagħat sitt membri biex jevanġelizzaw fl-Awstralja. Bħalissa s-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. għandha wkoll Djar tat-tagħlim u skejjel fis-Sudan, fil-Kenja, fil-Perù, f'Londra u fl-Albanija.

[editja] Kotba u Talb

Dun Ġorġ ma qagħadx lura milli jgħallem bil-kitba. Minkejja l-kwistjoni li kien hawn f'Malta bejn it-Taljan u l-Ingliż, Dun Ġorġ għallem u kiteb bil-Malti, il-lingwa tal-poplu, biex żgur kulħadd jifhem. Il-publikazzjonijiet tiegħu, bejn kotba u fuljetti, ilaħħqu mal-150.

It-talb tiegħu, li minnu waslilna ħafna u fuq bosta suġġetti, jikxef li Dun Ġorġ kien ruħ mistika mhedija tfittex lil Alla biss. Mhux ta' b'xejn li kien konfessur imfittex ħafna għall-pariri, u jidher li Alla saħansitra nqeda bih biex fejjaq lil xi wħud.

[editja] Beatifikazzjoni

Dun Ġorġ miet f'Santa Venera, fejn qatta' l-aħħar xhur ta' ħajtu, fis-26 ta' Lulju 1962. Il-ġisem ippreservat tiegħu jinsab midfun fil-kappella tal-Madonna Mirakoluża, ħdejn id-Dar Ġenerali tas-Soċjetà fil-Blata l-Bajda. Il-Kawża ta' Beatifikazzjoni tiegħu nbdiet fl-1975 u ġie dikjarat Venerabbli f'Ġunju tas-sena 2000. Dun Ġorġ Preca ġie Beatifikat fid-9 ta' Mejju, 2001 mill-Papa Ġwanni Pawlu II, fil-Quddiesa tal-Beatifikazzjoni fuq il-fosos tal-Floriana.

[editja] Xebħ ma' San Ġwann Bosco

Ix-xogħol ta' Dun Ġorġ Preca jixbaħ ħafna lil dak ta' San Ġwann Bosco li għex ftit snin qabel Dun Ġorġ. San Ġwann Bosco, waqqaf s-Soċjetà tas-Salesjani bil-għan li tgħin liż-żgħar u liż-żgħażagħ foqra.

[editja] Links Esterni

http://www.searchmalta.com/surnames/preca/dungorg.shtml (referenza)

http://www.sdcmuseum.org (referenza, sit uffiċjali tal-MUSEUM)

Lingwi oħrajn

Static Wikipedia (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2007 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2006 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu

Static Wikipedia February 2008 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu