San Bastjan
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
San Bastjan, jew San Sebastjan, hu qaddis u martri Kristjan, li jgħidu li miet fl-20 ta' Jannar, 287 taħt persekuzzjoni ta' l-Insara mill-Imperatur Ruman Diocletian fit-3 seklu. Hu jidher f'ħafna mill-arti bħala marbut ma' zokk u minfud bil-vleġġeġ.
Hu l-patrun tas-suldati, tal-morda bil-pesta, tal-vleġġeġ, ta' l-atleti, taż-żgħażagħ u s-sbuħija ta' l-irġiel. Il-festa tiegħu ssir fl-20 ta' Jannar fil-Knisja Kattolika; u fit-18 ta' Diċembru fil-Knisja Ortodossa Griega.