Iklin
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
L-Iklin hu villaġġ modern fiċ-ċentru ta' Malta, u l-ewwel dar nbniet fl-1958. L-Iklin jinsab bejn Birkirkara u n-Naxxar. Ammont ta' ħwienet u bini kummerċjali nfetħu f'dawn l-aħħar snin.
Fl-1967, instab tempju neolitiku fil-villaġġ;
Teżisti kappella żgħira ddedikata lil San Mikiel, u l-festa tiegħu hi fl-ewwel Ħadd qabel id-29 ta' Settembru.