Għaxaq
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Ħal-Għaxaq hu raħal żgħir fix-xlokk ta' Malta li jinsab taħt l-għolja taż-Żejtun, u qiegħed f'nofs Wied iz-Ziju u Wied il-Garnaw, li 'l hinn minn Bir id-Deheb; Il-villaġġ għandu persentaġġ għoli ta' djar reżidenzjali, bi ftit attività kummerċjali, u fuq ix-xaqliba tal-Garnaw jeżistu ammont ta' fabbriki u industriji ħfief.
Il-Knisja Parrokjali hi ddedikata lil Marija Assunta; sfortunatament teżisti ammont ta' rivalità bejn iż-żewġ każini preżenti f'dan il-lokal, dak ta' Santa Marija u dak ta' San Ġużepp.