Francesco Buhagiar
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Dan l-artiklu huwa abbozz (stub). Jekk tista', ikkontribwixxi issa biex ittejbu, dejjem skond il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. Għal-lista kompluta ta' abbozzi, ara l-kategorija relatata. |
Francesco Buhagiar (Qrendi, 1877 - Rabat, 27 ta’ Ġunju, 1934). Buhagiar ħa l-lawrja ta’ Avukat mill-Università Rjali ta’ Malta fl-1901. Kien membru tal-Partit ta’ Panzavecchia u ġie elett fl-Ewwel u t-Tieni Leġislatura: 1921 u 1924. Kien Ministru tal-Ġustizzja bejn Ottubru 1922 u Settembru 1924, Ministru tal-Finanzi, Dwana u Portijiet bejn Ottubru 1923 u Awissu 1924. Kien it-tieni Prim Ministru fil-Gvern Awtonomu Malti bejn Ottubru 1923 u Settembru 1924. Wara li rriżenja minn Prim Ministru sar Imħallef. Miet ir-Rabat fis-27 ta’ Ġunju, 1934.