Ewklide
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Il-matematiku Grieg Ewklide għex fis-sena 300 QK. Kien aktarx edukat f'Ateni mid-dixxipli ta' Platun. Għallem il-ġometrija f'Lixandra fejn sewwasew waqqaf skola tal-matematika. Ix-xogħol ewlieni tiegħu, l-Elementi, huwa trattat fi 13-il volum dwar il-matematika. Jistħarreġ suġġetti bħall-ġometrija, il-proporzjoni inġenerali, il-proprjetajiet tan-numri u l-ġometrija tas-solidi.