Ġużè Stagno
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Ġużè Stagno huwa rumanzier li twieled f'Marsaxlokk fil-21 ta' Settembru, 1976. Huwa meqjus bħala l-enfant terrible tal-letteratura kontemporanja Maltija.
L-ewwel ktieb tiegħu Nbid ta' Kuljum ġie ppubblikat fl-2001 u bih irnexxielu jirbaħ l-premju MAPA, kif ukoll spiċċa fit-tieni post fil-Premju Letterarju għall-istess ktieb. Fl-2003, Stagno ppubblika t-tieni ktieb tiegħu Xemx Wisq Sabiħa li ntlaqa' tajjeb ħafna mill-pubbliku kif ukoll mill-kritiċi u spiċċa wkoll fit-tieni post fil-Premju Letterarju ta' l-2003.
Attwalment, Stagno qed jaħdem fuq numru ta' proġetti fosthom rumanz storiku u skript għat-televiżjoni.
[editja] Bibljografija
- Nbid ta' Kuljum, 2001
- Xemx Wisq Sabiħa, 2003
[editja] Antoloġiji
- 2 1/2 (Ktieb għall-Ħruq maħruġ minn Inizjamed, 2005)
[editja] Links esterni
Dan l-artiklu huwa abbozz (stub). Jekk tista', ikkontribwixxi issa biex ittejbu, dejjem skond il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. Għal-lista kompluta ta' abbozzi, ara l-kategorija relatata. |