Ġeografija ta' Malta
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Il-Ġeografija ta' Malta, bħal kull gżira oħra, hi dominata mill-ilma. Malta hi arċipelagu ta' gżejjer ta' ġebel sedimentarju (korallin), fil-Baħar Mediterran, madwar 93 km fin-nofsinhar ta' Sqallija, fl-Italja; u madwar 300 km fit-tramuntana tal-Afrika. It-tlett igżejjer il-kbar Malta, Għawdex, u Kemmuna biss huma abitati. Il-pajjiż għandu qies zgħir ħafna, madwar 316 km2 biss. Ħafna bajjiet matul il-kosta tal-gżejjer jipprovdu ħafna portijiet għal ankraġġ. Il-Gżejjer huma karatterizzati b'għoljiet zgħar b'għelieqi imtarrġin. L-ogħla punt, 253 m, hu Ta' Dmejrek f'Malta. Il-kapitali hi il-Belt Valletta.
Referenza tal-Mappa: Ewropa
Dimensjoni:
total: 316 km²
art: 316 km²
ilma: 0 km²
Dimensjoni - komparata: Ftit inqas mid-doppju ta' Washington DC.
Fruntieri fuq l-Art: 0 km
Kosta: 140 km
Reklamazzjoni tal-Baħar:
żona Maltija: 24 mili nawtiċi (44 km)
xkaffa kontinentali: 200 m fond jew fond għal użu
żona esklussiva għas-sajd: 25 mili nawtiċi (46 km)
ibħra territorjali: 12 mili nawtiċi (22 km)
Klima: Mediterranju b'xitwiet mhux kesħin ħafna u bix-xita, u sjuf sħan u nexfin.
Art: Ħafna mill-art hi baxxa, ġeblija, ċatta bi pjanuri maqsumin b'widien; ħafna rdumijiet kostali.
Elevazzjoni - Estremi:
Punt l-Iktar Baxx: Baħar Mediterran 0 m
Punt l-Iktar Għoli: Ta'Dmejrek 253 m (fejn Ħad-Dingli)
Riżorsi Naturali: ġebla, melħ, art agrikola
Użu tal-Art:
art arabbli: 38%
uċuh tar-raba permanenti: 3%
pasturi permanenti: 0%
foresti u boskalji: 0%
oħrajn: 59% (1993 est.)
Art irrigata: 10 km² (1993 est.)
Perikli Naturali: Mhux Pervenuti
L-Ambjent: Problemi Kurrenti riżorsi naturali ta' ilma limitati; użu jiżdied ta' desaliniżazzjoni.
Ambjent: Trattati Internazzjonali
taderixxi ma trattati fuq: Tniġġiż tal-Arja, Kambju tal-Klima, Deżertifikazzjoni, Speċji li qed jinqerdu, Liġi tal-Ibħra, Rimi Marin, Waqfien ta' Testijiet Nukleari, Protezzjoni tas-Saff tal-Ozon, Tniġġiż tal-Ibħra, Protezzjoni ta' Paludi.
iffirmati imma mhux irratifikati: Biodiversità, Kambju tal-Klima - Protokoll ta' Kyoto.
- Ara wkoll : Malta