Web - Amazon

We provide Linux to the World


We support WINRAR [What is this] - [Download .exe file(s) for Windows]

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
SITEMAP
Audiobooks by Valerio Di Stefano: Single Download - Complete Download [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Alphabetical Download  [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Download Instructions

Make a donation: IBAN: IT36M0708677020000000008016 - BIC/SWIFT:  ICRAITRRU60 - VALERIO DI STEFANO or
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Malta - Wikipedija

Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Repubblika ta' Malta
Il-Bandiera ta' Malta L-Emblema ta' Malta
(F'Iktar Dettal) (Kabbar)
Image:Malta_l.png
Lingwi Malti u Ingliż
Belt Kapitali Valletta
Stat Repubblika
President Dott. Edward Fenech Adami
Prim Ministru Dott. Lawrence Gonzi
Reliġjon Kattoliċiżmu Ruman
Area
 - Total
 - % ilma
il-184 post
316 km²
Negliġibbli
Popolazzjoni
 - Total (2005)
 - Densità
il-175 post
398,534
1262/km²
Independenza
 - Data
Mir-Renju Unit
Settembru 21, 1964
Munita Lm
Żona Temporali
 - fis-sajf
CET (UTC+1)
CEST (UTC+2)
Innu Nazzjonali Innu Malti
Internet TLD .mt
Kodiċi telefoniku 356
Membru tal- UE; ONU; Commonwealth


Ir-Repubblika ta' Malta hija nazzjon ta' gżejjer żgħar fl-Ewropa t'Isfel. Minħabba l-pożizzjoni ġeo-strateġika tal-pajjiż f'nofs il-Baħar Mediterran, Malta sa minn dejjem sfat maħkuma minn diversi qawwiet kbar tul is-sekli u kienet l-għira ta' ħakkiema oħrajn għaliex kienet ikkunsidrata l-bieb għall-Ewropa Ċentrali. Dan wassal għal diversi attakki, kemm mis-sibbien li kienu jagħmlu ħerba miż-żoni tat-Tramuntana li ma kinux difiżi u kemm minn qawwiet oħrajn li ġġieldu sabiex jiksbuha.


Malta ssieħbet ma' l-Unjoni Ewropea fl-aħħar tkabbir nhar l-1 ta' Mejju, 2004.


Werrej

[editja] Storja

Artiklu prinċipali: Storja ta' Malta

Sa min 5200, QK fil-gżejjer Maltin kienet teżisti diġà ċiviltà preistorika, li tiftaħar bl-eqdem strutturi mibnija mill-bniedem. Il-Feniċi għamlu minn Malta kolonja qrib it-8 seklu QK u kienu huma li sejħu lil gżira prinċipali Malat dan peress li Malat tfisser kenn sigur, mhux ta' b'xejn allura li Malta għandha ħafna portijiet tajbin.

Madwar 400 QK il-gżejjer waqgħu f'idejn il-Kartaġiniżi, li jistgħu jitqiesu bħala l-eredi tal-Feniċi; Wara l-Gwerer Puniċi l-gżejjer spiċċaw f'idejn l-Imperu Ruman li għamlu lil Malta u lil Għawdex muniċipalitajiet, bid-dritt li joħorġu l-flus għalihom. Kien f'dan iż-żmien li skond l-Atti ta' l-Appostli, San Pawl ġie Malta u beda il-Kristjaneżmu fis-sena 60 WK.

Meta l-Imperu Ruman inqasam fi tnejn, Malta waqgħet f'idejn il-Biżantini, l-hekk imsejħa Rumani tal-Lvant. Is-snin ta' wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman tal-Punent kienu mqallba ħafna: Teżisti ftit xiehda konkreta ta x'ġara effetivament, għalkemm xi storjografi jemmnu li Malta setgħet spiċċat taħt il-Vandali, li wara tkeċċew mill-ġeneral Biżantin Beliżarju. Dawn ta l-aħħar ġew melgħuba minn forza ta' Għarab fis-sena 870. L-Għarab influwenzaw il-lingwa tal-pajjiż, il-Malti u dan l-element semitiku għadu ħaj sal-ġurnata ta' llum fl-ilsien tal-poplu. L-Għarab xerrdu t-twemmin Islamiku fost il-Maltin u daħħlu wkoll metodi ġodda fl-agrikoltura.

Fl-1090, in-Normanni taħt il-Konti Ruġġieru, ħadu l-gżejjer Maltin taħt it-tmexxija tagħhom u anki jekk l-influwenza Għarbija baqgħet f'Malta sa ma dawn tkeċċew għal kollox, nistgħu ngħidu li Malta bdiet issir iktar u iktar Ewropea. Kien f'dan iż-żmien li nbena l-ewwel Katidral fl-Imdina, li kien waqa' f'terremot fl-1693 u reġgħet twaqqfet mill-ġdid ir-reliġjon Kattolika fil-gżejjer.

F'dawn iż-żminijiet, Malta kienet tinbiegħ b'fewdu lil xi sinjuri mill-ħakkiema tal-gżejjer, sakemm fl-1474, wara ħafna intriċċi fil-familji rjali tal-Ewropa, saru parti mill-Imperu Spanjol. F'dawn iż-żminijiet Malta kien ikollha ħafna ħbit mill-furbani Misilmin, li mhux l-ewwel darba li ħabtu jerġgħu jieħdu l-kmand tal-pajjiż.

Fl-1530, il-Gżejjer ingħataw lill-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann mill-Imperatur Karlu V. Dawn il-Kavallieri kruċjati kienu qed ifittxu dar ġdida wara li kienu tilfu t-Tieni Assedju ta' Rodi fl-1522. F'dan l-assedju, però, tant kienu wrew kuraġġ li tħallew jitilqu mill-gżira b'kull unur militari mill-mexxej tal-Ottomani.

Meta l-Kavallieri waslu f'Malta, sabu art niexfa, b'poplu mferrex madwar il-gżejjer kollha u b'żewġ imkejjen biss li kellhom ħjiel ċkejken ta' difiża: L-Imdina, bis-swar tagħha u l-Birgu bil-Castrum Maris illum il-Fortizza ta' Sant' Anġlu. Il-Kavallieri għażlu li joqogħdu fil-Birgu, peress li dan il-lokal kien fejn il-baħar u kellu port eċċezzjonali; żewġ assi importanti għall-Kavallieri li kienu ilhom imdorrijjin għal ħajja ta' kursara kattoliċi. Wara dan, l-Ordni beda jsaħħaħ il-Birgu bi swar u ġie deċiz li jittellgħu swar fuq l-Isla, bil-Fortizza ta' San Mikiel, kif ukoll fortizza biex tiddefendi d-daħla tal-Port il-Kbir, il-Fortizza ta' Sant' Iermu.

Tkun illużjoni, imma, jekk wieħed jaħseb li mad-daħla tal-Ordni Malta tbiddlet f'fortizza felħana: L-attakki tal-furbani misilmin żdiedu u sa waslu biex fl-1551, taħt il-kmand ta' Dragut, ħabtu għal Għawdex u kaxkru l-Għawdxin kollha ħlief ix-xjuħ u l-morda. Wieħed irid jinnota iżda li l-għan ta' dan l-attakk kien li jidħlu fil-Birgu, għan li falla ħabba s-saħħa li bdiet tiżdied tal-Ordni.

Din is-saħħa tpoġġiet taħt sforz kbir fl-Ewwel Assedju ta' Malta, msejjaħ l-Assedju l-Kbir, li beda fit-18 ta' Mejju ta' l-1565, fejn Malta spiċċat tiġġieled mas-saħħa kbira tal-Imperu Ottoman. Fit-8 ta' Settembru 1565, ġurnata li sal-lum għadha titfakkar b'festa nazzjonali, l-Ottomani, wara iktar minn tlett xhur ta' taqbid, indunaw li kienet waslet għajnuna minn Sqallija, li wasslithom għat-telfa tagħhom, f'Jum il-Vitorja.

Din ir-rebħa waħħdet l-Ordni ma' Malta u dawn baqgħu sal-lum jissejħu "Kavallieri ta' Malta"; Wara din ir-rebħa bnew iktar fortifikazzjonijiet speċjalment madwar il-Port il-Kbir, bnew kapitali ġdida, il-Belt Valletta u għollew l-istandard tal-għixien tal-poplu in ġenerali. Il-ħakma tagħhom waslet fit-tmiem tagħha meta Napuljun rebaħ il-gżejjer fl-1798. Il-Maltin qamu għall-Franċiżi u bdew Imblokk, grazzi għall-għajnuna tar-Renju taż-Żewġ Sqallijiet u tal-Gran Brittanja. L-Ingliżi ħadu l-gżejjer bħala protettorat fl-1800 u appuntaw lil Sir Alexander John Ball bħala gvernatur, bl-għan li l-gżejjer jerġgħu jaqgħu f'idejn l-Ordni wara l-Gwerrer Napoleoniċi.

Dan it-tir ma tantx dam: Fl-1814, bħala parti mit-Trattat ta' Pariġi, Malta ufficjalment saret parti mill-Imperu Britanniku u kienet tintuża bħala stazzjon, bażi navali u s-sede uffiċċjali tal-Flotta Navali Mediterranea Ingliża, sakem din ittieħdet f'Lixandra fl-Eġittu ħabba l-fatt li Malta kienet qrib wisq l-Italja belliġerenti.

Malta kellha rwol importanti ħafna fit-Tieni Gwerra Dinjija, minħabba li kienet qrib ħafna r-rotot navali tal-Forzi tal-Assi, u mhux eżaġerazzjoni li wieħed jgħid li Malta sofriet it-Tieni Assedju tagħha meta din saret wieħed mill-iktar postijiet bumbardjati tad-dinja, fil-'Blitz' tal-forzi tal-ajru Ġermaniżi u, sa ċertu punt, Taljani.

Wara din il-Gwerra, Malta ngħatat l-Indipendenza tagħha fil-21 ta' Settembru, 1964. Malta baqgħet membru tal-'Commonwealth', u saret repubblika fl-1974. F' referendum f' April 2003, il-vutanti wrew ir-rieda tagħhom biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea, biex b'hekk Malta saret membru sħiħ fl-1 Mejju, 2004.

[editja] Festi Nazzjonali ta' Malta

Dawn huma l-ħames festi nazzjonali ċċelebrati:


Uħud minn dawn il-festi huma marbuta ma' diversi tradizzjonijiet, fosthom ir-regatta fil-Port il-Kbir nhar Jum il-Ħelsien u Jum il-Vitorja. Minn barra dawn il-ħames festi, hemm ukoll għadd ta' festi pubbliċi marbuta mar-reliġjon u t-tradizzjonijiet li ssawru magħhom. Fosthom insibu l-Imnarja (29 ta' Ġunju), Santa Marija (15 t'Awissu), il-miġja ta' San Pawl f'Malta (10 ta' Frar) u l-festa ta' l-Immakulata Kunċizzjoni (8 ta' Diċembru).

[editja] Politika

Artiklu prinċipali: Politika ta' Malta


Il-President huwa elett mill-Parlament Malti, li japponta bħala Prim Ministru, il-mexxej tal-partit politiku bl-iktar maġġoranza ta' siġġijiet fil-Kamra tar-Rappreżentanti.

Il-President normalment japponta, fuq rakkomandazzjoni tal-Prim Ministru, il-ministri li għandhom imexxu kull dipartiment tal-gvern. Il-kabinett jiġi magħżul minn fost il-membri tal-Kamra tar-Rappreżentanti, u normalment ikun jikkonsisti bejn 65 u 69 membru, eletti fuq il-bażi ta' maġġoranza proporzjonali. L-elezzjonijiet ġenerali jiżammu kull ħames snin. Kandidati għal xi postijiet vakanti jiġu determinati bil-maġġoranza ta' voti li jkunu ġabu fl-elezzjoni preċedenti.

Iż-żewġ partiti politiċi l-kbar huma l-Partit Nazzjonalista (PN) u l-Malta Labour Party (MLP). Il-PN iħaddan ideoloġia Demokristjana, filwaqt li l-MLP iħaddan ideoloġija soċjalista. Hemm ukoll partit tal-ħodor, magħruf aħjar bħala l-Alternattiva Demokratika (AD). Il-Partit Nazzjonalista huwa attwalment fil-gvern, bil-Prim Ministru jkun Dr. Lawrence Gonzi. Il-Partit Laburista, taħt it-tmexxija ta' Dr. Alfred Sant, jinsab fl-oppożizzjoni. L-Alternattiva Demokratika, immexxija minn Dr. Harry Vassallo, m'għandhom ebda membru elett fil-Parlament.

Jeżistu wkoll xi partiti żgħar fosthom il-Partit Kommunista Malti (PKM), il-Partit Alpha (immexxi minn Dr Emmy Bezzina), l-Imperium Europa immexxi minn Norman Lowell, kif ukoll l-Alleanza Nazzjonali Repubblikana (ANR).

[editja] Kunsilli Lokali

Sa mill-1993, Malta ġiet maqsuma f'68 lokalità jew kunsill lokali. Dawn jiffurmaw l-aktar forma bażika deċentralizzata ta' gvern lokali. Din hija l-lista tal-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex:

Malta Għawdex
  • Naxxar
  • Paola (Raħal Ġdid)
  • Pembroke
  • Pietà
  • Qormi
  • Qrendi
  • Rabat
  • Safi
  • San Ġiljan
  • Santa Luċija
  • San Pawl il-Baħar
  • San Ġwann
  • Santa Venera
  • Isla (Senglea)
  • Siġġiewi
  • Sliema
  • Swieqi
  • Ta' Xbiex
  • Tarxien
  • Valletta
  • Xgħajra
  • Żabbar
  • Żebbug
  • Żejtun
  • Żurrieq
  • Fontana
  • Għajnsielem
  • Għarb
  • Għasri
  • Kerċem
  • Munxar
  • Nadur
  • Qala
  • Rabat (Victoria)
  • San Lawrenz
  • Sannat
  • Xagħra
  • Xewkija
  • Żebbuġ

[editja] Ġeografija

Artiklu prinċipali: Ġeografija ta' Malta


Malta tikkonsisti f'arċipelagu ta' gżejjer żgħar f'nofs il-baħar Mediterran, eżattament taħt l-Italja, madwar 90 km 'l bogħod minn Sqallija. Il-gżejjer huma: Malta, Għawdex, Kemmuna, Filfla, Kemmunett, u l-Ġebla tal-Ġeneral f'Għawdex, imma minn dawn, l-ewwel tlieta biss għandhom nies jgħixu fuqhom.

Max-xtut hemm diversi bajjiet li joffru l-kenn għall-vapuri, fosthom il-Port il-Kbir li hu meqjus bħal wieħed mill-aħjar u l-isbah portijiet naturali li jeżistu fil-Mediterran. Il-pajsaġġ tal-gżejjer fih diversi għoljiet u għalhekk ħafna mill-egħlieqi jieħdu l-forma ta' taraġ kbar.

Il-post l-iktar għoli fuq il-gżejjer jinsab viċin il-villaġ ta' Ħad-Dingli, u jismu Ta' Dmejrek. Dan il-post għandu għoli ta' 253 metri 'il fuq mill-baħar.

[editja] Ekonomija

Artiklu prinċipali: Ekonomija ta' Malta

L-uniku riżors naturali ta' Malta hija l-ġebla; Però f'Malta teżisti popolazzjoni produttiva ħafna li rnexxielha togħli l-istandard tal-għixien tal-Maltin grazzi għal ħafna sforzi li jixhdu kemm il-Maltin huma kapaċi. Malta tipproduċi biss daqs 20% ta' l-ikel li għandha bżonn, waqt li r-riżorsi ta' l-ilma naturali huma ferm limitati; Għalhekk dawn huma mejgħuna minn sorsi ta' ilma magħmulin mill-bniedem, fejn l-ilma tal-baħar jiġi desalinizzat biex jiġi tajjeb għax xorb. F' Malta m' hemm l-ebda sors t'enerġija domestika.

L-ekonomija tiddependi ħafna fuq il-kummerċ u l-investiment barrani bl-użu tal-gżejjer bħala port, manifattura (speċjalment elettronika u tessuti) u fuq kollox it-turiżmu.

Riċentement, ġew privatiżżati xi korporazzjonijiet li kienu kkontrollati mill-istat, u ġew ukoll illiberaliżżati s-swieq, bit-tneħħija ta' ħafna taxxi li kienu jipproteġġu l-manifatturat Malti. Dan seħħ biex Malta tkun ippreparata għal sħubija sħiħa ma' l-Unjoni Ewropea, li seħħet fl-1 ta' Mejju, 2004.

Dan l-aħħar, Malta u t-Tuneżija qegħdin jiddiskutu l-użu kummerċjali ta' l-ixkaffa kontinentali bejn iż-żewġ pajjiżi, partikolarment għat-tfittxija għaż-żejt.

[editja] Demografija

Artiklu prinċipali: Demografija ta' Malta
Ritratt tal-gżejjer Maltin meħud bis-satellita
Kabbar
Ritratt tal-gżejjer Maltin meħud bis-satellita

B'madwar 1,250 abitant għal kull kilometru kwadru, Malta tista' titqies bħala wieħed mill-aktar pajjiżi b'densità tal-popolazzjoni fid-dinja. Parti kbira mill-popolazzjoni hija ta' dixxendenza Taljana, (partikolarment Sqallija), Franċiża, Spanjola u Brittannika.

Il-Kattoliċiżmu Ruman huwa ddikjarat ir-reliġjon uffiċjali tal-gżejjer Maltin. Huwa stmat li madwar 90% tal-popolazzjoni huma Kattoliċi għalkemm madwar 60% biss huma prattikanti. Malta għandha żewġ lingwi uffiċjali: il-Malti u l- Ingliż, għalkemm it-Taljan huwa wkoll mifhum sewwa u hu mitkellem minn ħafna, l-aktar minħabba l-influwenza tal-media Taljana u r-rabtiet storiċi bejn iż-żewġ pajjiżi fil-passat.

[editja] Storja ta' l-Ekonomija

Qabel l-1800, Malta kellha vera ftit industriji, apparti dik tal-qoton, it-tabakk, u tat-tarnzi. It-tarzna kienet iżjed tard użata mil-inglizi għal skopijiet militari. Fi żmien tal-gwerer, l-ekonomija ta' Malta marret tajjeb, minħabba il-pożizzjoni strateġika ta' dawn il-gżejjer.

Waqt il-Gwerrer Napoleoniċi (1800-1815), l-ekonomija ta' Malta' marret tajjeb, u saret iċ-ċentru ta' bejgħ u xiri. Fl-1808 żewġ terzi tat-tgħabbija konsenjata minn Malta marret Lvant u l-Eġittu. Iktar tard, nofs it-tgħabijja kienet ġeneralment destinanta għal Triest. It-tgħabbija kienet tikkonsisti f'prodotti manufatturati l-Ingilterra jew fil-Kolonji. L-Ekonomija ta' Malta gawdiet minn dawn in-negozju u ħafna nies ta' sengħa bħan-nissieġa sabu xogħol fil-portijiet.

Fl-1820, waqt il-Battalja ta' Navarino, li kienet fil-Greċja, l-Armata Ingliża kien ibbażata f'Malta. Fl-1839, il-kumpaniji ġiganteski Pacific and Orient (P & O) u l-East India Company kienu jużaw il-port Malti waqt il-vjaġġi lejn l-Eġittu u l-Lvant.

Fl-1869, Malta gawdiet mil-ftuħ tal-Kanal ta' Swejz, hu kien hemm żdieda Massiva fil-vapuri li kienu jidħlu Malta. L-ekonomija Maltija kienet daħlet f'fażi speċjali. Il-Mediterran ġie deskritt bħala "Highway" tan-Negozju tad-dinja, u numbru ta' vapuri kienu jidħlu Malta għal faħam u munizjon ieħor qabel ikomplu bil-vjaġġi tagħhom lejn l-Oċejan Indjan u l-Orjent.

Bejn l-1871 u l-1881 8,000 ħaddiema sabu xogħol fit-tarzni u numru ta' banek fetħu f'Malta. Sal-1882 Malta kienet l-qaħet il-quċċata, f'dak li jirrigwarda il-qasam ekonomiku.

Però l-ekonomija Malti ma tantx damet fil-quċċata. Ftit qabel it-tmiem ta' seklu 19 l-ekonomija bdiet tmur għal għar u fl-erbgħinijiet kienet fi kriżi serja. Din kienet primarjament minħabba l-invenzjoni tal-vapuri kbar li kienu jaħdmu biż-żejt, allura ma kellhomx għalfejn jidhlu fil-port il-kbir biex jerġghu jimlew il-'fuel'. Il-gvern ingliż kellu jestendi it-tarzna.

Sa minn tmiem it-tieni gwerra dinjija, l-importanza tal-pożizzjoni strateġika ta' Malta kien laħaq livell verament baxx. It-teknoloġija tal-ajruplani tal-gwerra, u l-invenzjoni tal-bomba atomika, biddlu l-importanza ta' din il-bażi militari. L-inglizi tilfu il-kontroll tal-Kanal ta' Swejz, u ma baqgħux fit-tarzna navali, minflok saret tarzna kummerciali għal bini u t-tiswija tal-vapuri.

[editja] Kultura

Artiklu prinċipali: Kultura ta' Malta

[editja] Informazzjoni Varja

[editja] Links


 
Unjoni Ewropea (UE)
Flag of the European Union

Awstrija | Belġju | Ċipru | Repubblika Ċeka | Danimarka | Estonja | Finlandja | Franza | Ġermanja | Greċja | Ungerija | Irlanda | Italja | Latvja | Litwanja | Lussemburgu | Malta | Olanda | Polonja | Portugall | Slovakkja | Slovenja | Spanja | Svezja | Renju Unit


Pajjiżi fl-Ewropa
Albanija | Andorra | Armenja2 | Awstrija | Ażerbaijan1 | Belarus | Belġju | Bosnia u Herzegovina | Bulgarija | Ċipru2 | Repubblika Ċeka | Danimarka | Estonja | Finlandja | Franza | Georgia2 | Ġermanja | Greċja | Ungerija | Islanda | Irlanda | Italja | Kroazja Latvia | Liechtenstein | Litwanja | Lussemburgu | Repubblika tal-Maċedonja | Malta | Moldovja | Monaco | Olanda | Norveġja | Polonja | Portugall | Rumanija | Russja1 | San Marino | Serbja u Montenegro | Slovakkja | Slovenja | Spanja | Svezja | Svizzera | Turkija1 | Ukrajna | Renju Unit | Vatikan (Santa Sede)
Dipendenzi: Akrotiri2 | Dhekelia2 | Faroe Islands | Ġibiltà | Guernsey | Jan Mayen | Jersey | Isle of Man | Svalbard
1. Parti mill-pajjiż tinsab fl-Asja. 2. Ġeografikament fl-Asja, imma kkunsidrat Ewropew għal raġunijiet storiċi u kulturali.


Pajjiżi tal-Commonwealth
Antigua u Barbuda | Awstralja | Baħamas | Bangladexx | Barbados | Belize | Botswana | Brunei | Kamerun | Kanada | Ċipru | Dominika | Fiji | Gambja | Ghana | Grenada | Guyana | Indja | Ġamajka | Kenja | Kiribati | Lesotho | Malawi | Malasja | Maldives | Malta | Mauritius | Mozambique | Namibja | Nauru | New Zealand | Niġerja | Pakistan | Papua New Guinea | Saint Kitts u Nevis | Santa Luċija | San Vinċenz u l-Grenadines | Samoa | Seychelles | Sierra Leone | Singapore | Gżejjer Solomon | Afrika t'Isfel | Sri Lanka | Sważiland | Tanżanija | Tonga | Trinidad u Tobago | Tuvalu | Uganda | Renju Unit | Vanuatu | Żambja
Our "Network":

Project Gutenberg
https://gutenberg.classicistranieri.com

Encyclopaedia Britannica 1911
https://encyclopaediabritannica.classicistranieri.com

Librivox Audiobooks
https://librivox.classicistranieri.com

Linux Distributions
https://old.classicistranieri.com

Magnatune (MP3 Music)
https://magnatune.classicistranieri.com

Static Wikipedia (June 2008)
https://wikipedia.classicistranieri.com

Static Wikipedia (March 2008)
https://wikipedia2007.classicistranieri.com/mar2008/

Static Wikipedia (2007)
https://wikipedia2007.classicistranieri.com

Static Wikipedia (2006)
https://wikipedia2006.classicistranieri.com

Liber Liber
https://liberliber.classicistranieri.com

ZIM Files for Kiwix
https://zim.classicistranieri.com


Other Websites:

Bach - Goldberg Variations
https://www.goldbergvariations.org

Lazarillo de Tormes
https://www.lazarillodetormes.org

Madame Bovary
https://www.madamebovary.org

Il Fu Mattia Pascal
https://www.mattiapascal.it

The Voice in the Desert
https://www.thevoiceinthedesert.org

Confessione d'un amore fascista
https://www.amorefascista.it

Malinverno
https://www.malinverno.org

Debito formativo
https://www.debitoformativo.it

Adina Spire
https://www.adinaspire.com