Web - Amazon

We provide Linux to the World


We support WINRAR [What is this] - [Download .exe file(s) for Windows]

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
SITEMAP
Audiobooks by Valerio Di Stefano: Single Download - Complete Download [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Alphabetical Download  [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Download Instructions

Make a donation: IBAN: IT36M0708677020000000008016 - BIC/SWIFT:  ICRAITRRU60 - VALERIO DI STEFANO or
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Malta Labour Party - Wikipedija

Malta Labour Party

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Il-Malta Labour Party (MLP) huwa partit politiku Malti ta' twemmin soċjal demokratiku, affiljat ma' l-Internazzjonali Soċjalista u mal-Partit tas-Soċjalisti Ewropej.

Werrej

[editja] Twaqqif

Il-Malta Labour Party twaqqaf fl-1949. Dr Pawlu Boffa, dak iż-żmien Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista (mwaqqaf fl-1920 u fil-gvern sa mill-1947) ħalla l-Partit fuq differenzi serji mad-Deputat Mexxej Dom Mintoff u serje ta' krizijiet fil-Kabinett. Boffa ifforma l-Malta Workers Party (MWP) filwaqt li Mintoff irriorganizza l-Partit bħala l-Malta Labour Party.

[editja] L-Ewwel Snin

L-MLP ikkontesta l-ewwel elezzjonijiet tiegħu għall-Assemblea Leġislattiva is-sena ta' wara. Il-vot antik Laburista nqasam bejn wieħed u ieħor indaqs bejn il-Partiti suċċessuri li tellgħu hdax-il Deputat kull wieħed. Dan ippermetta lill-Partit Nazzjonalista (PN) li jkollhom vantaġġ żgħir għall-formazzjoni ta' Gvern. Dan il-Gvern ta' minoranza, iżda, ma' kellux ħajja twila. Żewġ elezzjonijiet oħra saru fl-1951 u fl-1953 (l-aħħar darba li koalizzjoni ggvernat f'Malta) b'Gvern iffurmat bejn il-PN u l-MWP li kull darba tnaqqis għall-MWP u żieda għall-MLP.

Il-MWP iddiżintegra u lanqas biss ikkontesta l-elezzjonijiet ta' l-1955. Din il-leġislatura kienet iddominata mill-kwistjoni ta' l-Integration. Il-Partit, li twieled bħala partit anti-kolonjalista, issa ħareġ bl-islogan "Integration or self-determination" u beda jiffavorixxi iżjed l-ewwel parti tal-formola. Fl-1958 sar-referendum fuq il-kwistjoni imma minħabba in-numru kbir ta' astensjonijiet u oppożizzjoni mill-Knisja Kattolika u l-Partit Nazzjonalista, ir-riżultat kien inkonklussiv. Dan, kif ukoll in-numru kbir ta' sensji fit-Tarzna, wassal lil Mintoff biex jirreżenja u jsejjaħ għal protesti nazzjonali.

Dan wassal biex il-Gvernatur ixolji l-Assemblea, jissospendi l-Kostituzzjoni u jistabbilixxi amministrazzjoni Kolonjali diretta.

[editja] Is-snin sittin

Fil-frattemp il-Partit fittex ħbiberiji u affiljazzjonijiet ma' partiti u organizzazzjonijiet anti-kolonjali u soċjalisti fit-Tielet Dinja kif ukoll beda jattakka l-Knisja li ra fiha organizzazzjoni pro-Ingliża u l-kawża tal-falliment tal-pjan ta' l-Integration. Dan wassal biex il-Knisja interdettat l-Eżekuttiv tal-Partit kif ukoll imponiet id-dnub il-mejjet fuq min jivvota għall-Partit jew jaqra l-gazzetti tiegħu. Dan wassal għal qasma minuri fil-partit (bil-ħolqien tal-Christian Workers Party li dam sa l-1966) u telfa elettorali fl-1962 li saru taħt kostituzzjoni ġdida.

Il-Partit ipparteċipa fit-taħdidiet għall-Indipendenza imma ma qabilx ma' dak li ġie offrut. Fil-fatt, ma kienx ħa sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet ta' l-Indipendenza fl-1964. Il-Partit għamel kisbiet konsiderevoli fl-elezzjonijiet ta' l-1966 li, iżda, me kinux biżżejjed biex jieħu l-Gvern.

Fl-1969 saret qasma ta' ftit importanza meta twaqqaf il-Partit Komunista Malti. Minn dak inhar dan il-Partit ikkontesta biss l-elezzjonijiet ta' l-1987 bi ftit suċċess.

[editja] Is-snin sebgħin u tmenin

L-MLP rebaħ l-elezzjonijiet ġenerali ta' l-1971 u immedjatament beda jinnegozja mill-ġdid it-Trattati ta' Difiża u Finanzjarju ma' l-Ingilterra. Dan wassal għal ftehim ġdid fl-1972 li kien ifisser l-għeluq tal-bażi militari fl-1979. Sadattant il-Partit imbarka fuq programm ta' nazzjonalizzazzjoni u espansjoni tal-welfare state. Fuq il-front kostituzzjonali Malta saret repubblika fl-1974.

Il-Partit rebaħ l-elezzjonijiet ta' l-1976 b'marġini konsiderevoli. Iżda f'din il-leġislatura tfaċċaw numru ta' problemi minn inkwiet industrijali, sa drittijiet imxellfa, li l-Gvern ma kinex kapaċi jaffaċċhom b'mod tajjeb. L-apiċi seħħ fl-1979 fejn partitarji Laburisti attakkaw l-istamperija Progress u ssakkeġġaw id-dar tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u sawtu 'l familtu.

Din is-sitwazzjoni wasslet biex il-Partit Nazzjonalista rebaħ maġġoranza assoluta ta' voti fl-1981 iżda ma ġabx maġġoranza Parlamentari. Dan kompla aggrava s-sitwazzjoni, bid-deputati Nazzjonalisti jirrifjutaw jieħdu posthom fil-Parlament.

Fl-1984 Mintoff irreżenja minn Prim Ministru u Mexxej u ħalla postu għal Karmenu Mifsud Bonnici. Mintoff żamm postu bħala Membru Parlamentari.

Is-sitwazzjoniji baqgħet ma marritx għall-aħjar. Fi sfond ta' problemi ekonomiċi u vjolenza li kienet qed teskala, il-Gvern aċċetta li tidħol emenda fil-Kostituzzjoni biex Partit li jġib maġġoranza assoluta ta' voti jkun ggarantit maġġoranza Parlamentari. Dan wassal biex fl-1987 il-Partit Nazzjonalista ħa l-Gvern wara riżultat simili għal dak ta' l-1981.

[editja] Is-snin disgħin

Minbarra t-telfa elettorali ta' l-1987 l-MLP għadda minn żminijiet diffiċli f'dawn is-snin minħabba li sabha diffiċli biex jaddatta ruħu fl-oppożizzjoni. Il-quċċata kienet ir-riżenja tal-whip Wenzu Mintoff u l-President Toni Abela fl-1989. Dawn id-diffikultajiet wasslu biex il-Partit ma tantx ikun preparat għall-elezzjonijiet ta' l-1992 li tilef b'maġġoranza kbira.

Mifsud Bonnici irreżenja minn mexxej. F'elezzjoni iċċirkondati b'sitwazzjonijiet xejn feliċi (inkluż ittri anonimi u allegazzjonijiet ta' frodi) Alfred Sant kien elett Mexxej mill-Konferenza Ġenerali. Sant mill-ewwel iċċaqlaq biex jimmodernizza l-Partit. Il-Partit ħareġ mill-kwartieri storiċi tiegħu fil-Maċina, Bormla, għal bini ġdid fil-Ħamrun, twaqqaf Super One TV, inħallet l-għaqda statutorja mal-GWU u saru emedi sinjifikanti fl-iStatut.

Mat-twaqqif tal-Kunsilli Lokali fl-1993 il-Partit iddeċieda li ma jipparteċipax formalment fl-elezzjonijiet, pożizzjoni li żamm sa l-1998, għalkemm kien jappoġġa lill-kandidati Indipendenti.

It-tibdiliet li seħħu, kif ukoll it-telfien ta' popolarita tal-Partit Nazzjonalista, wassal lill-MLP lura għar-rebħ fl-elezzjonijiet ġenerali ta' l-1996, l-ewwel darba li akkwista maġġoranza assoluta mill-1976. Sant ħa l-kariga ta' Prim Ministru, responsabbli, fost l-oħrajn mit-tneħħijja tat-taxxa tal-VAT, wegħda elettorali ewlenija ta' l-MLP.

Iżda ma damx ma beda jberraq. Differenzi mal-fundatur u ex-Mexxej ta' l-MLP Dom Mintoff, żieda sostanzjali fit-tariffi tad-dawl u l-ilma u maġġoranza Parlamentari ta' siġġu wieħed ikaratterizzaw il-bidu tas-sajf ta' l-1998. Mintoff ivvota kontra l-Gvern u Sant ta parir lill-President li jxolji l-Kamra u jsejjah elezzjonijiet bikrija. F'nofs leġislatura u maqsum l-MLP ftit kellu ċansijiet tajbin u tilef l-elezzjonijiet b'maġġoranza bejn wieħed u ieħor bħal ta' l-1992.

[editja] Is-snin 2000

Wara l-elezzjonijiet ta' l-1998 Sant baqa' mhux ikkontestat bħala Mexxej għalkemm tilef wieħed mid-deputati mexxejja tiegħu, Ġorġ Abela. Din il-leġislatura kienet ikkaratterizzata mill-kwistjonijiet politiċi madwar l-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-UE, xi ħaġa li l-MLP oppona. In-negozjati ngħalqu fl-aħħar ta' l-2002. Il-Gvern sejjaħ referendum f'Marzu imma l-MLP ta struzzjonijiet biex il-partitarji jew jastjenu, jew jivvotaw kontra, jew iħassru l-vot. Minkejja li maġġoranza ivvotat "iva" l-MLP insista li l-vot m'għaddiex peress li din ma kinitx maġġoranza tal-votanti kollha eliġibbli.

Il-Gvern mill-ewwel sejjaħ elezzjonijiet ġenerali li l-MLP reġa' tilef. Sant irriżenja u ssejħet elezzjoni għal mexxej. Sant ikkontesta u ġab kważi żewġ terzi tal-voti. Il-politika ta' l-MLP fil-konfront ta' l-UE inbidlet u kien Sant stess li ġab l-approvazzjoni tal-Konferenza Ġenerali biex jappoġġa t-test tat-Trattat Kostituzzjonali ta' l-UE.

Fl-2004, fl-ewwel elezzjoni għall-Parlament Ewropew, l-MLP ġab l-akbar ammont ta' voti u tella' tlett Membri Parlamentari Ewropej.

[editja] Mexxejja sa mill-1949

Dom Mintoff, 1949-84 (Prim Ministru: 1955-58, 1971-84) Karmenu Mifsud Bonnici, 1984-1992 (Prim Ministru: 1984-87) Alfred Sant, 1992- (Prim Ministru: 1996-98)

Our "Network":

Project Gutenberg
https://gutenberg.classicistranieri.com

Encyclopaedia Britannica 1911
https://encyclopaediabritannica.classicistranieri.com

Librivox Audiobooks
https://librivox.classicistranieri.com

Linux Distributions
https://old.classicistranieri.com

Magnatune (MP3 Music)
https://magnatune.classicistranieri.com

Static Wikipedia (June 2008)
https://wikipedia.classicistranieri.com

Static Wikipedia (March 2008)
https://wikipedia2007.classicistranieri.com/mar2008/

Static Wikipedia (2007)
https://wikipedia2007.classicistranieri.com

Static Wikipedia (2006)
https://wikipedia2006.classicistranieri.com

Liber Liber
https://liberliber.classicistranieri.com

ZIM Files for Kiwix
https://zim.classicistranieri.com


Other Websites:

Bach - Goldberg Variations
https://www.goldbergvariations.org

Lazarillo de Tormes
https://www.lazarillodetormes.org

Madame Bovary
https://www.madamebovary.org

Il Fu Mattia Pascal
https://www.mattiapascal.it

The Voice in the Desert
https://www.thevoiceinthedesert.org

Confessione d'un amore fascista
https://www.amorefascista.it

Malinverno
https://www.malinverno.org

Debito formativo
https://www.debitoformativo.it

Adina Spire
https://www.adinaspire.com