Web - Amazon

We provide Linux to the World


We support WINRAR [What is this] - [Download .exe file(s) for Windows]

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
SITEMAP
Audiobooks by Valerio Di Stefano: Single Download - Complete Download [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Alphabetical Download  [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Download Instructions

Make a donation: IBAN: IT36M0708677020000000008016 - BIC/SWIFT:  ICRAITRRU60 - VALERIO DI STEFANO or
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Ordni Militari Sovran ta' Malta - Wikipedija

Ordni Militari Sovran ta' Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

L-Arma tal-Ordni Sovrana ta' Malta
L-Arma tal-Ordni Sovrana ta' Malta

L-Ordni tal-Kavallieri Ospitaljeri, magħrufin aħjar f'Malta bħala l-Kavallieri ta' San Ġwann, hija għaqda li bdiet bħala fondazzjoni Benedittina li tieħu ħsieb il-kura ta' dawk morda fl-Art Imqaddsa fis-Seklu XI; imma ma damitx ma saret ordni kattoliku-militari ta' kavallieri li kienu jieħdu ħsieb jibnu kastelli u mkejjen iffortifikati matul xi rotot fl-Art Imqaddsa, biex jgħinu u jiddefendu l-pellegrini. Ħabba l-ħafna battalji u konfrontazzjonijiet li seħħu, l-Ordni beda jispeċjalizza fl-assistenza medika, u wieħed ma jistgħaġibx meta anke llum jiltaqa' mas-salib bi 8 ponot fuq xi ambulanza jew bħala stemma ta' xi organizzazjoni tal-ewwel għajnuna.

Bħala ringrazzjament għal ħafna ħajjiet salvati, l-Ordni beda jirċievi ħafna territorji fl-Ewropa li bdew jiġu organizzati fi prijurati u kommanderiji, u l-qliegħ minn dawn l-artijiet kien imur għall-manteniment tal-Ordni, tal-isptarijiet u ovvjament, għall-armata. Iktar tard, meta l-Ordni kellu flotta, il-qliegħ beda jintuża biex jinżammu l-iġfna tal-Pirati tal-Knisja. Iktar ma beda jgħaddi żmien, iktar bdew jingħataw artijiet u dipendenzi fl-Art Imqaddsa stess u allura, flimkien ma' ħutom it-Templari, iktar bdew jiffokaw fuq id-difiża militari tal-artijiet.

Bil-mod il-mod, l-Ordni beda jsir b'saħħtu u sinjur. Però il-fatt li kienu sinjuri u militarment sodi ma waqqafx lill-misilmin milli jkeċċuhom mill-Art Imqaddsa u wara li tkeċċew minn Ġerusalemm u Akri, dawn ħatfu lil Rodi minn idejn l-Imperu Biżantin li kien qiegħed jitmermer bil-mod. F'Rodi, l-Ordni kien imexxi f'sovranità għalih; Huma kellhom palazzi, vilel, u swar, u l-fatt li Rodi kienet qrib ħafna t-Turkija (li bdiet issir iċ-ċentru tal-Islam), kien ifisser li l-Kavallieri kienu lokati f'post eċċellenti biex jaħtfu bastimenti merkantili tal-musulmani. Fl-1480, Rodi ġiet assedjata għall-ewwel darba mill-forzi Ottomani, iżda l-Ordni rebaħ dan l-ewwel assedju; l-istess ma ġarax fl-1522, meta Suleiman II prova jerġa' jaħtaf lil Rodi u din id-darba l-Ottomani irnexxielhom.

Però tant kienu tqabdu b'ħila li Suleiman II ħallihom jitilqu b'kull unur militari, u wara seba' snin ta' vjaġġar, l-Ordni ingħatlu t-tmexxija tal-gżira ta' Malta, mill-Imperatur Karlu V, f'isem il-Viċi Re ta' Sqallija, b'ċens ta' falkun fis-sena.

Wara l-Assedju l-Kbir tal-1565, l-Ordni sar ħaġa waħda ma' Malta: Kien hawn li twieled l-isem Kavallieri ta' Malta. B'mod differenti minn ħakkiema oħra ta' din il-gżira, l-Ordni ma kellux dar oħra barra l-gżira. U allura, peress li l-gżira issa saret id-dar tagħhom, huma investew ħafna f'Malta, ħafna iktar minn ħakkiema oħra. Mhux hekk biss, il-membri tal-Ordni kienu kollha minn familji nobbli, u bħala Ordni kellhom ukoll ħafna kapital u artijiet minn żminijiet li kienu jiddefendu l-pellegrini. Dan il-kapital u l-qliegħ minn qbid ta' bastimenti merkantili islamiċi, beda jintuża f'Malta mill-Kavallieri u l-fdalijiet artistiċi u tal-arkitettura ta' dawn iż-żminijiet jibqgħu fost l-ikbar fl-istorja ta' Malta, b'mod speċjali il-ġawhra tagħhom, il-Belt Valletta.

Damu jmexxu 'l Malta sa Ġunju ta' l-1798 meta l-Ordni kellha ċċedi l-gżejjer Maltin lil Napuljun wara li dan żbarka t-truppi tiegħu fuq il-gżejjer. Wara li tkeċċew minn Malta, l-Ordni sfaxxa għalkemm wara xi żmien reġa ġie iffurmat bħala l-Ordni Militari Sovran ta' Malta, bil-kwartieri prinċipali f'Palazzo Malta, f'Ruma.


[editja] Lista ta' Gran Mastri ta' l-Ordni

  • Blessed Gerard (1099-1120)
  • Raymond du Puy de Provence (1120-1160)
  • Auger de Balben (1160-1163)
  • Arnaud de Comps (1162-1163)
  • Gilbert d'Aissailly (1163-1170)
  • Gastone de Murols (c. 1170-1172)
  • Gilbert of Syria (1172-1177)
  • Roger de Moulins (1177-1187)
  • Hermangard d'Asp (1187-1190)
  • Garnier de Naplous (1190-1192)
  • Geoffroy de Donjon (1193-1202)
  • Alfonse of Portugal (1203-1206)
  • Geoffrey le Rat (1206-1207)
  • Guerin de Montaigu (1207-1228)
  • Bertrand de Thessy (1228-1231)
  • Guerin de Montaigu (1231-1236)
  • Bertrand de Comps (1236-1240)
  • Pierre de Vielle-Bride (1240-1242)
  • Guillaume de Chateauneuf (1242-1258)
  • Hugues de Revel (1258-1277)
  • Nicolas Lorgne (1277-1284)
  • Jean de Villiers (1284-1294)
  • Odon de Pins (1294-1296)
  • Guillaume de Villaret (1296-1305)
  • Foulques de Villaret (1305-1319)
  • Helion de Villeneuve (1319-1346)
  • Dieudonné de Gozon (1346-1353)
  • Pierre de Corneillan (1353-1355)
  • Roger de Pins (1355-1365)
  • Raymond Berenger (1365-1374)
  • Robert de Juliac (1374-1376)
  • Jean Fernandez de Heredia (1376-1396)
    • Riccardo Caracciolo (1383-1395) Gran Mastru Rivali
  • Philibert de Naillac (1396-1421)
  • Antonio Fluvian de Riviere (1421-1437)
  • Jean de Lastic (1437-1454)
  • Jacques de Milly (1454-1461)
  • Piero Raimondo Zacosta (1461-1467)
  • Giovanni Battista Orsini (1467-1476)
  • Pierre d'Aubusson (1476-1503)
  • Emery d'Amboise (1503-1512)
  • Guy de Blanchefort (1512-1513)
  • Fabrizio del Carretto (1513-1521)
  • Philippe Villiers de L'Isle-Adam (1521-1534)
  • Piero de Ponte (1534-1535)
  • Didier de Saint-Jaille (1535-1536)
  • Jean de Homedes (1536-1553)
  • Claude de la Sengle (1553-1557)
  • Jean Parisot de la Valette (1557-1568)
  • Pierre de Monte (1568-1572)
  • Jean de la Cassiere (1572-1581)
  • Hugues Loubenx de Verdalle (1581-1595)
  • Martin Garzez (1595-1601)
  • Alof de Wignacourt (1601-1622)
  • Luis Mendez de Vasconcellos (1622-1623)
  • Antoine de Paule (1623-1636)
  • Juan de Lascaris-Castellar (1636-1657)
  • Antoine de Redin (1657-1660)
  • Annet de Clermont-Gessant (1660)
  • Raphael Cotoner (1660-1663)
  • Nicolas Cotoner (1663-1680)
  • Gregorio Carafa (1680-1690)
  • Adrien de Wignacourt (1690-1697)
  • Ramon Perellos y Roccaful (1697-1720)
  • Marc'Antonio Zondadari (1720-1722)
  • Antonio Manoel de Vilhena (1722-1736)
  • Raymond Despuig (1736-1741)
  • Manuel Pinto de Fonseca (1741-1773)
  • Francisco Ximenes de Texada (1773-1775)
  • Emmanuel de Rohan-Polduc (1775-1797)
  • Ferdinand von Hompesch zu Bolheim (1797-1799)
  • Paul I of Russia (1798-1801) de facto
  • Giovanni Battista Tommasi (1803-1805)
    • Innico Maria Guevara-Suardo (1805-1814) Lejutant
    • André Di Giovanni (1814-1821) Lejutant
    • Antoine Busca (1821-1834) Lejutant
    • Carlo Candida (1834-1845) Lejutant
    • Philippe di Colloredo-Mels (1845-1864) Lejutant
    • Alessandro Borgia (1865-1871) Lejutant
    • Giovanni Battista Ceschi a Santa Croce (1871-1879) Lejutant
  • Giovanni Battista Ceschi a Santa Croce (1879-1905)
  • Caleazzo von Thun und Hohenstein (1905-1931)
  • Ludovico Chigi Albani della Rovere (1931-1951)
  • Angelo de Mojana di Cologna (1962-1988)
  • Andrew Willoughby Ninian Bertie (1988-preżent)

Our "Network":

Project Gutenberg
https://gutenberg.classicistranieri.com

Encyclopaedia Britannica 1911
https://encyclopaediabritannica.classicistranieri.com

Librivox Audiobooks
https://librivox.classicistranieri.com

Linux Distributions
https://old.classicistranieri.com

Magnatune (MP3 Music)
https://magnatune.classicistranieri.com

Static Wikipedia (June 2008)
https://wikipedia.classicistranieri.com

Static Wikipedia (March 2008)
https://wikipedia2007.classicistranieri.com/mar2008/

Static Wikipedia (2007)
https://wikipedia2007.classicistranieri.com

Static Wikipedia (2006)
https://wikipedia2006.classicistranieri.com

Liber Liber
https://liberliber.classicistranieri.com

ZIM Files for Kiwix
https://zim.classicistranieri.com


Other Websites:

Bach - Goldberg Variations
https://www.goldbergvariations.org

Lazarillo de Tormes
https://www.lazarillodetormes.org

Madame Bovary
https://www.madamebovary.org

Il Fu Mattia Pascal
https://www.mattiapascal.it

The Voice in the Desert
https://www.thevoiceinthedesert.org

Confessione d'un amore fascista
https://www.amorefascista.it

Malinverno
https://www.malinverno.org

Debito formativo
https://www.debitoformativo.it

Adina Spire
https://www.adinaspire.com