Web - Amazon

We provide Linux to the World


We support WINRAR [What is this] - [Download .exe file(s) for Windows]

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
SITEMAP
Audiobooks by Valerio Di Stefano: Single Download - Complete Download [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Alphabetical Download  [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Download Instructions

Make a donation: IBAN: IT36M0708677020000000008016 - BIC/SWIFT:  ICRAITRRU60 - VALERIO DI STEFANO or
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Blogg - Wikipedija

Blogg

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Il-fenomenu ta' l-hekk imsejħa bloggs (blogs bl-Ingliż) huwa pjuttost riċenti, fejn dan il-mezz ta' kommunikazzjoni qed jiġi kkunsidrat minn ħafna bħala s-soluzzjoni għall-vojt li tħalli l-medja tradizzjonali. Il-blogg innifsu m'huwa xejn ħlief tip ta' sit f'format ta' ġurnal/djarju, fejn l-aħħar kitbiet jidhru fil-quċċata fil-waqt li dawk iktar antiki jiġu arkivjati. Il-fenomenu tal-bloggs jaf l-għeruq tiegħu l-Amerika, fejn ħa spinta partikolari fl-aħħar elezzjonijiet presidenzjali Amerikani meta delegazzjoni ta' bloggers kienet mistiedna ssegwi mill-viċin l-andament tal-kampanja elettorali.


Il-blogg jikkonsisti f'serje ta' kitbiet, magħrufa ahjar bħala posts, illi jikteb perjodikament l-awtur. Ħafna mill-bloggs jippermettu li l-qarrejja jħallu l-kummenti tagħhom u jirreaġixxu għal dak li ntqal fil-kitba oriġinali. Hija użanza popolari ħafna wkoll illi diversi kitbiet jiġu kkwotati fil-bloggs tal-qarrejja nnifishom, biex b'hekk jagħmlu l-kummentarju fil-bloggs rispettivi tagħhom minflok ma jħallu l-kumment fil-blogg fejn ġiet diskussa t-tema partikolari l-ewwel darba.


Blogg ħafna drabi jinkludi wkoll lista ta' bloggs oħrajn li l-awtur iħobb jaqra (magħrufa bħala blogroll) u wkoll, generalment, xi informazzjoni dwar l-awtur nnifsu li tinstab fil-profil tiegħu.


Jeżistu primarjament żewġ tipi ta' bloggs: dawk b'kontenut simili għal djarju fejn l-awtur (magħruf aħjar bħala "il-blogger") jikteb dwar ħajtu, kif ukoll dawk il-bloggs fejn l-awtur jikteb dwar temi u suġġetti partikolari, fosthom il-politika.


Is-suċċess preżenti tal-bloggs jaf il-bidu tiegħu bil-furur li kien hawn internazzjonalment fl-2004 (fejn fiha l-espansjoni tal-bloggosfera kienet waħda mir-revelazzjonijiet tas-sena), għalkemm lokalment din l-isplużjoni ta' popolarita' saret notevoli aktar tard fl-ewwel ftit xhur ta' l-2005. Il-bloggosfera Maltija bdiet tikber bil-mod il-mod hekk kif ħafna Maltin bdew joħolqu l-blogg tagħhom. Waħda mill-kawżiet ta' dan kien blogg ġdid bl-isem ta' "Wired Temples", miktub minn Robert Micallef, fejn fih l-awtur jagħmel sforz sabiex jiskopri u jikteb dwar bloggs ġodda fil-bloggosfera lokali.


Hemm ħafna diskussjonijiet għaddejjin fuq l-etika u d-drittijiet tal-bloggers, li huma magħrufa li ma tantx jaħsbuha darbtejn qabel jgħidu dak li jħossu. Parzjalment, dan iseħħ minħabba l-liberta' li l-internet jippermetti, kif ukoll minħabba l-fatt li s-sid tal-blogg ikun qed jikteb liberament mill-pożizzjoni tiegħu, għall-kuntlarju tal-ġurnalisti li jkunu qegħdin jiktbu f'isem aġenzija tal-medja tradizzjonali u allura jkunu obbligati li josservaw ċertu etika. Blogger, mill-banda l-oħra, għandu l-liberta' li jaffronta kwalunkwe tema bi kliem iċ-ċittadin fit-triq, ħafna drabi mingħajr ir-restrizzjoni tal-korrettezza politika li ġurnalist għandu d-dmir li josserva.


It-teknoloġija tal-bloggs imxiet ħafna 'l quddiem, u wieħed ma jridx iħalli barra teknoloġiji relatati li jimxu id f'id mal-bloggs, fosthom l-RSS. Il-fenomenu tal-bloggs qajjem ukoll kuxjenza dwar aspetti ohra ta' l-internet, fosthom ċertu standard ta' kumpatibbilita' bejn is-siti. Wieħed hawnhekk isemmi l-importanza ta' l-XHTML. Ħafna bloggs saru b'hekk il-kanvas artistiku għal xi bloggers li jehdew japplikaw il-kreattivita' tagħhom sabiex jikkreaw diżinji u formati personalizzati għall-bloggs tagħhom, billi jużaw l-imsemmija standards ġodda.

Werrej

[editja] Servizzi u Sistemi

[editja] Siti li jipprovdu s-servizz ta' bloggs b'xejn

[editja] Glussarju u referenza għal diversi sistemi u servizzi ta' bloggs

[editja] Bloggs Maltin

[editja] Indiċi ta' bloggs:


[editja] Għażla ta' Bloggs bil-Malti:


[editja] Għażla ta' Bloggs bl-Ingliż:

  • Wired Temples — Wieħed mill-iktar bloggs popolari lokalment, Wired Temples huwa miktub minn Robert Micallef, fejn fih jiġbor artikli u kitbiet dwar bloggs Maltin u dak kollu li hu konness ma' Malta, inklużi bloggs ta' barranin li jisħlu jsemmu lil Malta.
  • J'Accuse — Blogg aġġornat kuljum minn Dr Jacques René Zammit. Jittratta diversi temi politiċi, attwali u wkoll ta' nostalġija.
  • Toni Sant — Il-blogg ta' Dr. Toni Sant li jista' jiġi kkunsidrat bħala wiehed mill-pijunieri tal-bloggs fix-xena lokali
  • Lost in Thought — Dan il-blogg miżmum minn Sharon Spiteri, ko-fundatriċi ta' Tabellina, inbeda f'Ottubru 2003 f'Cardiff ġewwa Wales bħala esperiment fuq l-effett li jħalli l-idea ta' qarrej anonimu/fittizju fuq il-kittieb anonimu. F'Jannar 2005 ħa l-forma preżenti fejn fil-parti l-kbira tieghu sar janalizza elementi tas-soċjeta' kontemporanja Maltija.
  • dmax — Miktub minn Ray de Bono, dan il-blogg jittratta aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti, u jħeġġeġ nies (kemm Maltin u barranin) b'opinjonijiet diversi sabiex jesprimu l-ideat tagħhom liberament fir-rigward tat-temi ttrattati.
Our "Network":

Project Gutenberg
https://gutenberg.classicistranieri.com

Encyclopaedia Britannica 1911
https://encyclopaediabritannica.classicistranieri.com

Librivox Audiobooks
https://librivox.classicistranieri.com

Linux Distributions
https://old.classicistranieri.com

Magnatune (MP3 Music)
https://magnatune.classicistranieri.com

Static Wikipedia (June 2008)
https://wikipedia.classicistranieri.com

Static Wikipedia (March 2008)
https://wikipedia2007.classicistranieri.com/mar2008/

Static Wikipedia (2007)
https://wikipedia2007.classicistranieri.com

Static Wikipedia (2006)
https://wikipedia2006.classicistranieri.com

Liber Liber
https://liberliber.classicistranieri.com

ZIM Files for Kiwix
https://zim.classicistranieri.com


Other Websites:

Bach - Goldberg Variations
https://www.goldbergvariations.org

Lazarillo de Tormes
https://www.lazarillodetormes.org

Madame Bovary
https://www.madamebovary.org

Il Fu Mattia Pascal
https://www.mattiapascal.it

The Voice in the Desert
https://www.thevoiceinthedesert.org

Confessione d'un amore fascista
https://www.amorefascista.it

Malinverno
https://www.malinverno.org

Debito formativo
https://www.debitoformativo.it

Adina Spire
https://www.adinaspire.com