Web - Amazon

We provide Linux to the World


We support WINRAR [What is this] - [Download .exe file(s) for Windows]

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
SITEMAP
Audiobooks by Valerio Di Stefano: Single Download - Complete Download [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Alphabetical Download  [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Download Instructions

Make a donation: IBAN: IT36M0708677020000000008016 - BIC/SWIFT:  ICRAITRRU60 - VALERIO DI STEFANO or
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Wolfgang Amadeus Mozart - Wikipedija

Wolfgang Amadeus Mozart

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Pittura famuża
Kabbar
Pittura famuża

Wolfgang Amadeus Mozart (Johannes Chrysostomus Wolfgangus Theophilus Mozart kien kompożitur famuż tal-Mużika Klassika. Leopald Mozart, missier Wolfgang kien ukoll kompożitur iżda meta xi drabi kien jisma' lil ibnu jdoqq kien jibqa' mistagħġeb.


[editja] Ħajja

Imwieled f’Salzburg, l-Awstrija fis-27 ta’ Jannar 1756, Amadeus trabba f’ambjent mużikali mill-aqwa. Ta’ erba’ snin beda jitgħallem il-mużika għand missieru, kompozitur u vjolinist ta’ l-Isqof ta’ Salzburg li kien ukoll il-Prinċep tal-belt. Barra li beda jdoqq xi strumenti tal-korda ta’ età tenera kien diġà beda jikkomponi xi bċejjeċ. Ta’ sitt snin flimkien ma’ oħtu Marianne, kien jaghti l-kunċerti fi Munich u fi Vjenna. Sakemm kellu disa’ snin kien diġà żar Londra, Pariġi u bliet oħra juri l-kapaċitajiet mużikali mill-aqwa li kellu. Fl-1768, fi Vjenna, kiteb l-ewwel opra tiegħu La Finta Semplice wara talba mill-Imperatur Awstrijak. Madankollu l-opra ttellgħet s-sena ta’ wara f’belt twelidu, Salzburg. Ta’ tlettax -il sena Mozart sar Direttur tal-Kunċerti fil-Qorti ta’ l-Isqof ta’ Salzburg. Aktar tard beda jikkomponi ammont kbir ta’ xogħlijiet u żar Milan, Ruma u bliet oħra Taljani.


Mozart ma jistax jitqies bħala xi nnovatur jew riformatur fil-qasam mużikali. Il-vjaġġi li għamel qarrbuh lejn l-istili mużikali differenti ta’ żmienu. Billi ħallat dawn l-istili hu rnexxielu joħloq stil għalih, mużika mmarkata b’melodija mill-aqwa u li tirrifletti varjetà ta’ emozzjonijiet.


Fl-1772, miet l-Arċisqof ta’ Salzburg u s-suċċessur tiegħu ftit kien jimpurtah mill-mużika ta’ Mozart, għalhekk wara ħafna tilwim u polemiċi, Mozart ħalla Salzburg u mar fi Vjenna. Għalkemm beda jirċievi diversi kummissjonijiet, Mozart ma rnexxilux jistabbilixxi ruħu mill-ewwel ġo Vjenna. Hemm iltaqa’ mal-kompożitur anzjan Haydn u t-tnejn saru ħbieb mill-aqwa, tant li Mozart iddedikalu sett ta’ sitt kwartetti tal-korda. Fl-1782 iżżewweġ lil Costance Weber. Biex jaqla’ x’jiekol taha għat-tagħlim tal-mużika, beda jagħti kunċerti ħfief u jikkomponi danzi melodjużi.


Fl-1786 hu kkompona Le Nozze di Figaro waqt li s-sena ta’ wara kiteb kapolavur ieħor - Don Giovanni. Fl-1788, l-Imperatur Joseph II impjegah bħala mużiċist fil-palazz tiegħu b’salarju ta’ 80 lira fis-sena. Għalkemm dan kien salarju fenominali għal dak iż-żmien xorta baqa’ mċappas bid-djun li kien għamel.


Matul dik is-sena stess f’sitt ġimgħat ikkompona l-aħħar tliet sinfoniji, is-Sinfonia in C magħrufa bħala Jupiter, is-Sinfonia E Flat u s-Sinfonia in G Minore. Fl-1790 kiteb ukoll l-opra Cosi Fan Tutte. Mozart ikkompona ‘l fuq minn 600 biċċa xogħol, dawn ġew irranġati f’ordni kronoloġiku fis-seklu dsatax mill-Awstrijak Ludwig von Kohchel.

Ix-xogħlijiet strumentali tiegħu wasslu l-mużika klassika fil-grad ta’ perfezzjoni. Bħala pjanist ċelebri kkompona diversi xogħlijiet biex hu stess setà jesegwihom f’diversi kunċerti. Kien l-ewwel surmast ta’ l-hekk imsejħa kunċerti tal-pjanu tant li kiteb madwar 25 minnhom. Kiteb ukoll diversi sonatas u xogħlijiet għall-kwartetti tal-korda. Fost l-40 sinfonija li kiteb, l-aktar popolari huma dawk li kiteb fl-aħħar għaxar snin ta’ ħajtu.


[editja] L-Aħħar Snin

Fl-aħħar sena ta’ ħajtu kkompona l-famuża opra 'Magic Flute' u l-Messa de Requiem, xogħol korali li fiha tista’ tgħid antiċipa l-mewt tiegħu stess, minħabba li lanqas laħaq spiccaha u komplieha wara mewtu l-alliev tiegħu Sussmayr. Mozart kien l-aqwa kompożitur operistiku ta’ żmienu. Kemm l-opri komiċi u anke dawk klassiċi huma mmarkati b’intensità drammatika mill-aqwa. Mifni bil-mard u bit-tbatija tax-xogħol, Wolfgang Amadeus Mozart miet nhar il-5 ta' Diċembru 1791, fl-età żgħira ta’ 35 sena. Bħalma għex ta’ fqir, hekk wara mewtu difnuh f’qabar komuni, qalb it-tallaba. Imma mhux l-istess ġralha l-mużika tiegħu, li baqgħet tiġi apprezzata dejjem iżjed mal-mixja taż-żmien u li għamlet lil Mozart fost l-aqwa kompożituri li qatt dehru taħt il-kappa tax-xemx.

[editja] Pitturi

Our "Network":

Project Gutenberg
https://gutenberg.classicistranieri.com

Encyclopaedia Britannica 1911
https://encyclopaediabritannica.classicistranieri.com

Librivox Audiobooks
https://librivox.classicistranieri.com

Linux Distributions
https://old.classicistranieri.com

Magnatune (MP3 Music)
https://magnatune.classicistranieri.com

Static Wikipedia (June 2008)
https://wikipedia.classicistranieri.com

Static Wikipedia (March 2008)
https://wikipedia2007.classicistranieri.com/mar2008/

Static Wikipedia (2007)
https://wikipedia2007.classicistranieri.com

Static Wikipedia (2006)
https://wikipedia2006.classicistranieri.com

Liber Liber
https://liberliber.classicistranieri.com

ZIM Files for Kiwix
https://zim.classicistranieri.com


Other Websites:

Bach - Goldberg Variations
https://www.goldbergvariations.org

Lazarillo de Tormes
https://www.lazarillodetormes.org

Madame Bovary
https://www.madamebovary.org

Il Fu Mattia Pascal
https://www.mattiapascal.it

The Voice in the Desert
https://www.thevoiceinthedesert.org

Confessione d'un amore fascista
https://www.amorefascista.it

Malinverno
https://www.malinverno.org

Debito formativo
https://www.debitoformativo.it

Adina Spire
https://www.adinaspire.com