Web - Amazon

We provide Linux to the World


We support WINRAR [What is this] - [Download .exe file(s) for Windows]

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
SITEMAP
Audiobooks by Valerio Di Stefano: Single Download - Complete Download [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Alphabetical Download  [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Download Instructions

Make a donation: IBAN: IT36M0708677020000000008016 - BIC/SWIFT:  ICRAITRRU60 - VALERIO DI STEFANO or
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Venere (mitoloġija) - Wikipedija

Venere (mitoloġija)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Dettall ta' Venere mill-kwadru It-twelid ta' Venere ta' William-Adolphe Bouguereau ta' l-1879
Kabbar
Dettall ta' Venere mill-kwadru It-twelid ta' Venere ta' William-Adolphe Bouguereau ta' l-1879

Venere (Latin Venus) li hija figura tal-mitoloġija Rumana, kien fl-oriġini tagħha, l-ispirtu u d-divinità tal-ġonna.

Venere kienet ta' oriġini Italika, u ma kienetx tifforma parti mill-panteon Ruman. Qabel kull influwenza Griega, Venere kienet iktar relatata ma' l-agrikoltura; infatti kienet il-protettriċi tar-raba', għelieqi, ENGLISH tagħhom. B'hekk wieħed jista' jgħid li Venere tappartjeni mad-divinità tan-natura fjurita u tar-rebbiegħa, tipika tal-popolazzjonijiet Italiċi antiki.

It-tempju ta' Venus Genetrix fil-Forum ta' Ċesare, Ruma.
Kabbar
It-tempju ta' Venus Genetrix fil-Forum ta' Ċesare, Ruma.

Il-kult tagħha beda f'Ardea u Lavinium, f'Latium. Fit-18 t'Awissu, 293 q.K, ġie inawgurat l-eqdem tempju ddedikat lilha. It-18 t'Awissu kienet ġurnata fejn kien isir festival magħruf bħala Vinalia Rustica. Fl-1 t'April, kienet issir ċelebrazzjoni oħra, il-Veneralja, ad unur Venus Verticordia; it-tempju tagħha inbena fil-114 q.K. Wara t-telfa ġarrbu r-Rumani fil-Battalja tal-Lag Trasimene fil-215 q.K., inbena tempju fuq il-Kapitol iddedikat lil Venere Erycina. Fit-23 t'April ta' dik is-sena ġie inawgurat it-tempju, u festival magħruf bħala Vinalia Priora beda jinżamm biex tiġi kkomemorata din l-okkażjoni.


Wara l-Battalja ta' Farsalo (48 q.K.), Ġulju Ċesare ikkonsagra tempju lil Venere Genitrice (Genetrix).

Fir-reliġjon Rumana, Venere ma kellha l-ebda legami ma' miti ta' fertilità u spiċċat ukoll biex sostitwiet anki divinità lokali, fosthom Murcia, Cloacina u Libitina.

Wara l-assoċjazjoni ta' Venere ma' Marte, diversi Veneri oħrajn, fosthom il-Venere Felix, il-Venere Victrix, u l-Venere Salacia.

Identifikata ma' l-allat Afrodite fil-mitoloġija Griega, liema identifikazzjoni tidher li oriġinat fi Sqallija nord-orjentali, f'Erice, fejn ir-Rumani kienu jivveneraw lil Venere Ericina. Venere hija wkoll assoċjata ma' Turan, alla Etruskana.

Werrej

[editja] Venere f'mitoloġiji oħra

Minbarra Turan u Afrodite, jeżistu figuri oħra li possibilment jistgħu jitqabbli ma' Venere. Dwn huma:

  • Tlahuizcalpantecuhtli fil-mitoloġija Azteka
  • Kukulcan fil-mitoloġija Maja
  • Frigg u Freya fil-mitoloġija Nordika
  • Ushas fir-reliġjon Vedic. Etimoloġikament, Venere hija relatata mas-Sanskrit vanas- "sbuħija; xewqat", epitetu ta' Ushas, li jissuġġerixxi xi tip ta' legami Proto-Indo-Ewropew.

[editja] Venere fl-arti

Venere kienet suġġett popolari fil-pitturi u l-iskultura skultura fir-Rinaxximent fl-Ewropa. Il-figura tagħha, meħuda bħala mudell ideali ta' sbuħija, kienet is-suġġett prinċipali ta' numru kbir ta' opri ta' arti. Bħala figura "klassika", in-nudità kienet meqjusa bħala l-istat naturali tagħha, u għalhekk kien soċjalment aċċettabli li Venere tiġi rappreżentata mingħajr ħwejjeġ. Ċertu grad ta' sbuħija erotika kien ukoll ġustifikat, u għalhekk Venere kienet tappella ħafna lill-artisti u l-patruni tagħhom. Maż-żmien, "venere" bdiet tirreferi għar-rappreżentazzjoni artistika ta' mara għarwiena, anki meta ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li s-suġġett kienet l-alla Venere.

Dettall ta' Venere mill-kwadru It-twelid ta' Venere ta' Sandro Botticelli ta' l-1484
Kabbar
Dettall ta' Venere mill-kwadru It-twelid ta' Venere ta' Sandro Botticelli ta' l-1484

[editja] Pittura

  • Allegorija tat-trijonf ta' Venere ta' Bronzino (1540-1545 ċirka).
  • It-twelid ta' Venere ta' Sandro Botticelli.
  • Marte che spoglia Venere con amorino e cane ta' Paolo Veronese.
  • Marte u Venere sorpiżi minn Vulkan ta' François Boucher (1754)
  • Venere u Amore spijati minn satir ta' Correggio (1528 ċirka).
  • Venere e amorini di Salvador Dalí (1925).
  • Venere u Kupidu ta' Diego Velazquez.
  • Venere u Marte ta' Sandro Botticelli.
  • Venere u Ġove ta' Paolo Veronese.

[editja] Skultura

Venere ta' Milo




Mitoloġija Rumana

Ġove | Ġunone | Nettunu | Apollo | Merkurju | Venere | Marte | Minerva | Diana | Bakku | Plutone | Muse
Kupidu | Saturno | Vulkan | Giano | Nike | Cerere | Ruma | Abbondanza | Esculapio | Flora | Awrora
Persunaġġi
Enea | Romolo | Remo | Erkole | Karonte | Didone | Askanjo
Our "Network":

Project Gutenberg
https://gutenberg.classicistranieri.com

Encyclopaedia Britannica 1911
https://encyclopaediabritannica.classicistranieri.com

Librivox Audiobooks
https://librivox.classicistranieri.com

Linux Distributions
https://old.classicistranieri.com

Magnatune (MP3 Music)
https://magnatune.classicistranieri.com

Static Wikipedia (June 2008)
https://wikipedia.classicistranieri.com

Static Wikipedia (March 2008)
https://wikipedia2007.classicistranieri.com/mar2008/

Static Wikipedia (2007)
https://wikipedia2007.classicistranieri.com

Static Wikipedia (2006)
https://wikipedia2006.classicistranieri.com

Liber Liber
https://liberliber.classicistranieri.com

ZIM Files for Kiwix
https://zim.classicistranieri.com


Other Websites:

Bach - Goldberg Variations
https://www.goldbergvariations.org

Lazarillo de Tormes
https://www.lazarillodetormes.org

Madame Bovary
https://www.madamebovary.org

Il Fu Mattia Pascal
https://www.mattiapascal.it

The Voice in the Desert
https://www.thevoiceinthedesert.org

Confessione d'un amore fascista
https://www.amorefascista.it

Malinverno
https://www.malinverno.org

Debito formativo
https://www.debitoformativo.it

Adina Spire
https://www.adinaspire.com