Web - Amazon

We provide Linux to the World


We support WINRAR [What is this] - [Download .exe file(s) for Windows]

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
SITEMAP
Audiobooks by Valerio Di Stefano: Single Download - Complete Download [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Alphabetical Download  [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Download Instructions

Make a donation: IBAN: IT36M0708677020000000008016 - BIC/SWIFT:  ICRAITRRU60 - VALERIO DI STEFANO or
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Enrico Mizzi - Wikipedija

Enrico Mizzi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Enrico Mizzi
Image:Enrico-Mizzi.jpg
Perjodu fil-Kariga: - - 1950
PM Predeċessur: -
PM Suċċessur: -
Data tat-Twelid: 20 ta' Settembru 1885
Data meta Miet: 20 ta' Diċembru 1950
Post tat-Twelid: - , Għawdex
Partit Politiku: Partit Nazzjonalista

Enrico Mizzi, magħruf popolarment bħala Nerik Mizzi jew Neric Mizzi twieled fl-20 ta' Settembru, 1885 u miet fil-kariga ta' Prim Ministru ta' Malta fl-20 ta' Diċembru, 1950 fl-età ta' 65 sena wara kumplikazzjonijiet ta' saħħa. Huwa irċieva funeral statali karatterizzat minn attendanza popolari deskritta bħala l-akbar waħda fl-istorja tal-funerali f'Malta. Huwa kien kap tal-Partito Democratico Nazionalista l-ewwel u tal-Partito Nazionalista (Partit Nazzjonalista) sa mewtu. Enrico Mizzi kien Avukat, iżda ma kienx ġeneralment jippratika l-professjoni għax kien mogħti għall-ġurnaliżmu u għall-politika.

[editja] Il-Familja

Enrico Mizzi kien iben il-Pater Patriae (Padre della Patria jew Missier il-Patria) Fortunato Mizzi u Maria Sofia Fogliero de Luna. Missieru kien Avukat Għawdxi iben Maġistrat Għawdxi, waqt li ommu kienet mara ta' nazzjonalità Taljana li però kienet residenti f'Malta. Fortunato Mizzi miet, fost niket popolari immens, fl-1805 meta ibnu Nerik kellu dsatax-il sena.

Il-ġenituri ta' Enrico Mizzi żgur li affetwew il-ħsieb ta' l-istess Enrico Mizzi u dan kien spiss użat kontra tiegħu. Nerik Mizzi kien persuna indipendenti u kapaċi jaħseb għalih waħdu fejn jidħlu prinċipji u aktar. Il-fatt li l-ġenituri jaffettwaw lit-tfal huwa ġeneralment aċċettat bħala validu u probbabilment Nerik Mizzi ma kienx immuni għal tali influenza, iżda l-importanti huwa li jkun magħruf jekk l-influenza tkunx pożittiva/korretta jew negattiva/skorretta.

Ħadd ma jista' jiċħad li missier Nerik Mizzi, Fortunato Mizzi, kien patrijott u nazzjonalist kbir li sa s-sena l-oħra kien ikkommemorat mill-Partit Nazzjonalista fit-tessera tas-sħubija ta' l-2005. Dan peress li l-Partit Nazzjonalista jirrikonoxxi fil-Partito Nazionale (imsejjaħ ukoll Partito Anti-Riformista) ta' Fortunato Mizzi l-antenat politiku ta' dak li kellu jsir il-Partit Nazzjonalista. Li tkun iben Fortunato Mizzi żgur li kien ikun ta' piż għal kull iben intenzjonat li jipparteċipa fil-politika f'dik l-epoka fejn l-Awtoritajiet Imperjali ma kienux idumu jaħsbuha biex jippersegwitawk għal dak li tgħid u tistqarr. Iċ-ċertezza storika hija illi Nerik Mizzi kien pront f'kull evenjenza sabiex jiddefendi l-ideali nazzjonalisti tiegħu, u ta' dan soffra tassew iżda ħadd ma jista' jgħid illi kien anqas minn missieru fit-tenaċità u r-resolutezza tiegħu fid-difiża ta' ħsiebijietu u d-drittijiet nazzjonali tal-Maltin u l-Għawdxin.

Kienet omm Nerik Mizzi, jew in-nazzjonalità Taljana tagħha, li l-aktar tat problemi lil Nerik Mizzi. Bosta ikkunsidraw lil Enrico Mizzi bħala estremista fl-attakkament tiegħu għal-lingwa u l-kultura Taljana ta' Malta. Fil-fatt, bosta kienu jiddeskrivu lil Nerik Mizzi bħala estremista, radikali, idealista, irredentista, faxxista u saħansitra traditur. L-ewwel erba' aġġettivi kienu addirittura jaslu anke minn bosta Panzavecchiani, li kienu ikkunsidrati bħala nazzjonalisti moderati. Il-fatt jibqa' illi kemm għall-ideali u l-operat u kemm għall-integrità politika etiko-morali, huwa Nerik Mizzi li l-aktar baqa' mfakkar fl-istorja. F'dan l-artiklu aktar 'l quddiem se nikkunsidraw l-aġġettivi użati fil-konfront ta' Nerik Mizzi u naraw kemm minnhom huma veri u sa liema livell huma veri.

Il-fatt illi omm Enrico Mizzi kienet ta' nazzjonalità Taljana, kienet arma eċċellenti iżda skorretta biex Nerik Mizzi jkun attakkat ad personam u skreditat politikament. Huwa ċert li l-fatt ta' omm Taljana, ma jissustanzjax akkużi veritiera ta' irredentiżmu, faxxiżmu u tradiment fil-konfront ta' Nerik Mizzi għax il-ħsieb tiegħu kien ibbażat fuq konoxxenza siewja tal-karatteristiċi tradizzjonali Maltin u mhux fuq in-natura tal-ġenituri tiegħu. Infatti, wieħed jista' jgħid illi l-karatteristiċi personali tal-ġenituri għenu lil Nerik Mizzi jasal aktar faċilment għall-pożizzjonijiet tiegħu iżda bl-ebda mod dawn ma kienu jippreġudikaw il-validità ta' l-istess pożizzjonijiet.

Madanakollu, persuni opposti għal Nerik Mizzi sabuha faċli jużaw in-natura t'ommu f'perijodu partikolari sabiex jipprovaw jiskreditawh fost l'hekk imsejjaħ popolin li spiss, speċjalment dakinhar, ma jurix kapaċitajiet loġiċi u intelletwali adegwati. Il-verità storika wriet però li dan ma seħħx u kien ikun wisq aktar etiku kieku l-istess akkużaturi, spiss ta' dixxendenza totalment barranija għal Malta bħal dik Ingliża bħal ta' l'acerrimo nemico ta' Nerik Mizzi ergo Lord Gerald Strickland, kieku ibbażaw onestament il-kritika tagħhom fuq il-prinċipji, il-proposti u l-azzjonijiet ta' l-istess Enrico Mizzi. Iżda Enrico Mizzi, bniedem imlaqqam cavaliere senza macchia e senza paura daħal f'ambjent politiku diżonest biex iservi l-Patria u ħareġ minnha magħruf xorta waħda bħala cavaliere senza macchia e senza paura. Dan huwa rikonoxximent li ftit politiċi Maltin kapaċi japplikaw għar-reputazzjoni tagħhom matul l-istorja politika ta' pajjiżna.

[editja] Ideoloġija politika

Fortunato Mizzi kien magħruf għall-patrijottiżmu u nazzjonaliżmu tiegħu, u huwa kien dak li fi żmienu bosta kienu jikkunsidraw bħala l-mexxej tan-nazzjon fit-taqbida tagħha għall-awtonomija politika u amministrattiva, għall-kultura nazzjonali Maltija, l-identità Latina, il-lingwa Taljana f'Malta, u għar-Reliġjon Kattolika Apostolika Rumana bħala fatturi identitarji fil-konfront ta' Awtoritajiet Imperjali essenzjalment interessati biex jimmanipulaw il-kultura u l-istituzzjonijiet Maltin sabiex jintegrawhom aħjar fl-Imperu. L-istess Imperu kien wieħed ta' poplu essenzjalment Protestant, u bosta Nazzjonalisti kienu jemmnu li l-Awtoritajiet Imperjalisti kienu se jmexxu, apertament jew sottilment, politika ta' proselitiżmu Protestant f'dik il-Malta li kienet deskritta bħala Cattolicissima.

L-imsemmija pożizzjonijiet kienu intiżi biex jipproteġu karatteristiċi tradizzjonali Maltin li kienu jsawwru l-identità nazzjonali Maltija u jipproteġuwha kontra r-riformi kulturali, lingwistiċi u edukattivi li l-Awtoritajiet Imperjali riedu jwettqu f'Malta u li n-Nazzjonalisti kienu jikkunsidraw bħala tentattivi biex jiddenazzjonaliżżaw in-nazzjon Malti waqt li fl-istess ħin imajnaw il-konnessjonijiet etniċi u kulturali ma' Sqallija u l-Italja. Għal Fortunato Mizzi u dawk ta' miegħu, dan kien ifisser li l-Awtoritajiet Imperjali riedu jagħmlu lil Maltin poplu Għarbi maqtugħ mill-Ewropa sabiex huma jikkontrollawh aħjar. Dan kien jimxi id f'id ma' proċess kulturali u lingwistiku ta' Ingliżizzazzjoni intiż biex ikisser il-lingwa Taljana f'Malta li kienet stabbilita f'kull settur tal-ħajja soċjali Maltija għal sekli twal. Fil-kuntest tal-lingwa Maltija, skond kif preċiżat mill-Keenan Report ikkummissjonat mill-Awtoritajiet Imperjali, il-lingwa Maltija kellha ġġarrab l-eliminazzjoni totali ta' kull komponent rumanz sabiex l-istess lingwa ssir sempliċiment djalett Għarbi klassiku fi stat pur. Dik kienet biss waħda mill-proposti kulturali sabiex jaqtgħu kompletament ir-relazzjonijiet etniċi u kulturali li kienu ilhom jeżistu bejn Malta u Sqallija/l-Italja għal sekli sħaħ. Dan kien inaċċettabli għal Fortunato Mizzi, kif kien se jkun għal ibnu Enrico Mizzi sa mewtu.

Di fatti jista' oġġettivament jingħad illi Nerik Mizzi kompla bil-qawwa din it-tradizzjoni paterna u aktar.


== Il-mewt u wara (xogħol għaddej) ==

=== Il-marda fatali u l-kawżi tagħha ===

=== Kliem finali ta' Enrico Mizzi qabel mewtu ===

Enrico Mizzi, fuq is-sodda tal-mewt, qal testwalment dawn il-kliem, bil-lingwa Taljana:

"Chiedo perdono a Dio di tutti i miei peccati. Se questa è la Sua volontà, io accetto volentieri la morte . Dite a tutti che ho fatto sempre il mio dovere e ho la coscienza tranquilla di aver fatto tutto per la Patria. Perdono a tutti come voglio che tutti perdonino a me."



Wara dik il-frażi, dar fuq ibnu, illum il-Monsinjur Fortunato Paolo Mizzi fundatur tal-Moviment Azzjoni Soċjali, u qallu dejjem bit-Taljan:

"Abbi cura di mamà, combatti per la Religione e per la Patria."



=== Il-funeral statali ===

=== Wara mewtu ===


Preċedut minn:
-
Partit Nazzjonalista
- – -
Suċċedut minn:
-
Preċedut minn:
Pawlu Boffa
Prim Ministru
1950 – 1950
Suċċedut minn:
Ġorġ Borg Olivier


Our "Network":

Project Gutenberg
https://gutenberg.classicistranieri.com

Encyclopaedia Britannica 1911
https://encyclopaediabritannica.classicistranieri.com

Librivox Audiobooks
https://librivox.classicistranieri.com

Linux Distributions
https://old.classicistranieri.com

Magnatune (MP3 Music)
https://magnatune.classicistranieri.com

Static Wikipedia (June 2008)
https://wikipedia.classicistranieri.com

Static Wikipedia (March 2008)
https://wikipedia2007.classicistranieri.com/mar2008/

Static Wikipedia (2007)
https://wikipedia2007.classicistranieri.com

Static Wikipedia (2006)
https://wikipedia2006.classicistranieri.com

Liber Liber
https://liberliber.classicistranieri.com

ZIM Files for Kiwix
https://zim.classicistranieri.com


Other Websites:

Bach - Goldberg Variations
https://www.goldbergvariations.org

Lazarillo de Tormes
https://www.lazarillodetormes.org

Madame Bovary
https://www.madamebovary.org

Il Fu Mattia Pascal
https://www.mattiapascal.it

The Voice in the Desert
https://www.thevoiceinthedesert.org

Confessione d'un amore fascista
https://www.amorefascista.it

Malinverno
https://www.malinverno.org

Debito formativo
https://www.debitoformativo.it

Adina Spire
https://www.adinaspire.com