Web - Amazon

We provide Linux to the World


We support WINRAR [What is this] - [Download .exe file(s) for Windows]

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
SITEMAP
Audiobooks by Valerio Di Stefano: Single Download - Complete Download [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Alphabetical Download  [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Download Instructions

Make a donation: IBAN: IT36M0708677020000000008016 - BIC/SWIFT:  ICRAITRRU60 - VALERIO DI STEFANO or
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Akkademja tal-Malti - Wikipedija

Akkademja tal-Malti

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Stubby Dan l-artiklu huwa abbozz (stub). Jekk tista', ikkontribwixxi issa biex ittejbu, dejjem skond il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.

Għal-lista kompluta ta' abbozzi, ara l-kategorija relatata.

L-Akkademja tal-Malti bdiet bħala L-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti li twaqqfet fl-14 ta' Novembru, 1920.

L-ewwel ħsieb tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti kien li jintagħżel alfabett li jkun imħaddem mill-kittieba kollha tal-Malti. L-alfabett ġie stabbilit b'mod finali fit-18 ta' Diċembru, 1921.

[editja] Manwal ta' l-ortografija

L-emblema ta' l-Akkademja tal-Malti
Kabbar
L-emblema ta' l-Akkademja tal-Malti

Inħasset ukoll il-ħtieġa li barra alfabett ikun hemm manwal ta' l-ortografija tal-Malti. Dan il-manwal deher fl-1924, u kien jismu Tagħrif fuq il-Kitba Maltija. Kien ktieb li fl-ewwel taqsima kellu regoli ta' l-ortografija u fit-tieni taqsima grammatika qasira li tiswa wkoll biex wieħed jifhem u jħaddem tajjeb ir-regoli ta' l-ortografija. It-Tagħrif inħadem minn Ninu Cremona. Kien stampat mill-Gvern fl-istamperija tiegħu, u kien meqjus bħala l-manwal uffiċjali ta' l-ortografija tal-Malti mill-membri tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti u dawk li jaqblu magħhom.

Fl-1934, l-ortografija tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti saret l-ortografija uffiċjali tal-Gvern u, bil-mod il-mod, ħafna kittieba bdew jimxu fuqha.

Wara l-1934 l-ortografija mgħallma fl-iskejjel kienet dik tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, iżda billi t-Tagħrif qatt ma reġa' ġie stampat, il-manwali l-aktar komuni kienu ż-żewg grammatiki ta' Cremona, waħda qasira għall-klassijiet iż-żgħar, u l-oħra itwal għall-klassijiet il-kbar.

Fl-1984 inħasset il-ħtieġa li l-Akkademja tal-Malti tagħti xi regoli dwar kliem ta' nisel Rumanz jew Ingliż li dwaru kważi xejn ma kien hemm fit-Tagħrif. B'hekk ħarġet iż-Żieda mat-Tagħrif. Imbagħad fl-1992 l-Akkademja ħarġet l-Aġġornament tat-Tagħrif.

Kemm iż-Żieda kif ukoll l-Aġġornament kienu dokumenti qosra. It-tnejn kisbu l-approvazzjoni tal-gvern taż-żmien li fih ħarġu, iżda mhux dejjem waslu f'idejn dawk kollha li jiktbu bil-Malti.

Minħabba f'hekk, u billi t-Tagħrif qatt ma kien stampat mill-ġdid, l-Akkademja ħasbet li tiġbor ir-regoli kollha tal-kitba li jinsabu fit-tliet dokumenti li semmejna fi ktieb wieħed għall-kumdità ta' kulħadd. Għalhekk, fl-1998, ħarġet din il-ġabra f'forma ta' ktejjeb.

[editja] Links

Is-sit ta' l-Akkademja tal-Malti

[editja] Referenzi

Akkademja tal-Malti. Regoli tal-Kitba tal-Malti. (1998) Klabb Kotba Maltin. ISBN 99909-75-44-2.

Our "Network":

Project Gutenberg
https://gutenberg.classicistranieri.com

Encyclopaedia Britannica 1911
https://encyclopaediabritannica.classicistranieri.com

Librivox Audiobooks
https://librivox.classicistranieri.com

Linux Distributions
https://old.classicistranieri.com

Magnatune (MP3 Music)
https://magnatune.classicistranieri.com

Static Wikipedia (June 2008)
https://wikipedia.classicistranieri.com

Static Wikipedia (March 2008)
https://wikipedia2007.classicistranieri.com/mar2008/

Static Wikipedia (2007)
https://wikipedia2007.classicistranieri.com

Static Wikipedia (2006)
https://wikipedia2006.classicistranieri.com

Liber Liber
https://liberliber.classicistranieri.com

ZIM Files for Kiwix
https://zim.classicistranieri.com


Other Websites:

Bach - Goldberg Variations
https://www.goldbergvariations.org

Lazarillo de Tormes
https://www.lazarillodetormes.org

Madame Bovary
https://www.madamebovary.org

Il Fu Mattia Pascal
https://www.mattiapascal.it

The Voice in the Desert
https://www.thevoiceinthedesert.org

Confessione d'un amore fascista
https://www.amorefascista.it

Malinverno
https://www.malinverno.org

Debito formativo
https://www.debitoformativo.it

Adina Spire
https://www.adinaspire.com