Supereroj
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Dan l-artiklu huwa abbozz (stub). Jekk tista', ikkontribwixxi issa biex ittejbu, dejjem skond il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. Għal-lista kompluta ta' abbozzi, ara l-kategorija relatata. |
Supereroj huwa karattru fittizju li hu msemmi għall-għemejjel kuraġġużi u nobbli li jwettaq. Dan il-personaġġ, li jkollu kważi dejjem isem u kostum ikkuluriti, iħaddan abbiltajiet li jisbqu 'l dawk normali tal-bnedmin.
Superman (is-super-raġel), il-karattru tal-komiks (imma wkoll tal-films, tal-kartuns, tat-teleserjejiet u tal-vidjo-loghob) li ddebutta fl-1938, huwa l-prototip tas-supereroj.
[editja] Lejn definizzjoni
Id-dizzjunarji lis-supereroj jarawh hekk:
- Persunaġġ erojku b'missjoni diżinteressata li twassal għat-tajjeb tas-soċjetà.
- Min għandu super-poteri, teknoloġija avvanzata ferm, ħiliet mistiċi jew fiżiċi u/jew mentali żviluppati ħafna.
- Min għandu super-identità, kostum li joħloq ikona madwaru, u poteri (li jippermettu trasformazzjoni minn persuna bħal kulħadd f'supereroj).
- Hu ġeneralment distint, ċoè jintgħażel mill-kumplament tal-persunaġġi li nsibu f'ġeneri oħrajn bħall-fantaxjenza.
Tipikament is-supereroj ikollhom żewġ identitajiet: dik ta' supereroj li jaf bih kulħadd (li tinżamm mistura) u l-oħra ta' bniedem komuni li jafuh ftit nies.